+Artikolu 193 Prinċipji għar-rikonoxximent tal-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu
---+Artikolu 193 1.
---+Artikolu 193 2.
---+Artikolu 193 3.
---+Artikolu 193 4.
---+Artikolu 193 5.
---+Artikolu 193 6.
---+Artikolu 193 7.

Artikolu 193 Prinċipji għar-rikonoxximent tal-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 193 1.
L-ebda skopertura li fir-rigward tagħha istituzzjoni tikseb mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ma għandha tipproduċi ammont ogħla ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju jew ammont ta’ telf mistenni minn skopertura altrimenti identika li fir-rigward tagħha l-istituzzjoni ma għandha l-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
Artikolu 193 2.
Fejn l-ammont ta’ skopertura ppeżata skont ir-riskju diġà jqis il-protezzjoni tal-kreditu skont il-Kapitolu 2 jew il-Kapitolu 3, skont liema jkun applikabbli, l-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu dik il-protezzjoni tal-kreditu fil-kalkoli skont dan il-Kapitolu.
Artikolu 193 3.
Fejn d-dispożizzjonijiet fit-Taqsimiet 2 u 3 jkunu ssodisfatti, l-istituzzjonijiet jistgħu jemendaw il-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat u l-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 4, 5 u 6.
Artikolu 193 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw il-flus, it-titoli jew il-prodotti mixtrija, mislufa jew dawk irċevuti permezz ta’ transazzjoni ta’ riakkwist jew ta’ transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, bħala kollateral.
Artikolu 193 5.

Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat ikollha aktar minn forma waħda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu li tkopri skopertura waħda, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a) 

tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull tip ta’ għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;

(b) 

tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 193 6.

Fejn l-istituzzjoni li tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat tkopri skopertura waħda bi protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn fornitur ta’ protezzjoni wieħed u dik il-protezzjoni għandha maturitajiet differenti, għandha tagħmel dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a) 

tagħmel suddiviżjoni tal-iskopertura f’partijiet koperti b’kull għodda ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu;

(b) 

tikkalkula l-ammont ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għal kull parti miksuba fil-punt (a) b’mod separat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 u ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 193 7.
Kollateral li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' eliġibbiltà stabbiliti f'dan il-Kapitolu jista' jiġi rrikonoxxut anki għal skoperturi assoċjati ma' faċilitajiet mhux miġbudin, meta l-ġbid skont il-faċilità jkun kundizzjonali fuq ix-xiri jew ir-riċeviment preċedenti jew simultanju ta' kollateral sal-punt tal-interess tal-istituzzjoni fil-kollateral ladarba tinġibed il-faċilità, b'tali mod li l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda interess fil-kollateral sa fejn ma tinġibidx il-faċilità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.