+Artikolu 194 Prinċipji li jirregolaw l-eliġibbiltà tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
---+Artikolu 194 1.
---+Artikolu 194 2.
---+Artikolu 194 3.
---+Artikolu 194 4.
---+Artikolu 194 5.
---+Artikolu 194 6.
---+Artikolu 194 7.
---+Artikolu 194 8.
---+Artikolu 194 9.
|
Artikolu 194 Prinċipji li jirregolaw l-eliġibbiltà tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 194 1.
|
It-teknika użata biex tipprovdi l-protezzjoni tal-kreditu flimkien mal-azzjonijiet u l- passi meħuda u l-proċeduri u l-politiki implimentati mill-istituzzjoni mutwanti għandha tkun b’tali mod li tirriżulta f’arranġamenti ta’ protezzjoni tal-kreditu li huma legalment effettivi u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, l-istituzzjoni mutwanti għandha tipprovdi l-aktar verżjoni reċenti tal-opinjoni jew opinjonijiet legali indipendenti, bil-miktub u motivati li hija tkun użat biex tistabbilixxi jekk l-arranġament jew arranġamenti tagħha għall-protezzjoni tal-kreditu jissodisfawx il-kondizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 194 2.
|
L-istituzzjoni mutwanti għandha tieħu l-passi xierqa kollha sabiex tiżgura li l-arranġament tal-protezzjoni tal-kreditu jkun effettiv u sabiex tindirizza r-riskji relatati ma’ dak l-arranġament.
|
|
Artikolu 194 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu fil-kalkolu tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu biss fejn l-assi użati għall-protezzjoni jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
huma jkunu inklużi fil-lista ta’ assi eliġibbli mniżżla fl-Artikoli 197 sa 200, kif applikabbli;
(b)
huma jkunu likwidi biżżejjed u l-valur tagħhom matul iż-żmien ikun stabbli biżżejjed biex tingħata ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni tal-kreditu miksuba filwaqt li jitqiesu l-approċċ użat biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati għar-riskju u l-livell ta’ rikonoxximent permess.
|
|
Artikolu 194 4.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ffinanzjata tal-kreditu fil-kalkolu tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu biss fejn l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tillikwida jew iżżomm, fil-ħin, l-assi li minnhom tkun derivata l-protezzjoni f’każ ta’ inadempjenza, insolvenza jew falliment — jew avveniment ta’ kreditu ieħor stipulat fid-dokumentazzjoni tat-transazzjoni — tad-debitur u, fejn applikabbli, tad-depożitarju li għandu l-kollateral. Il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-valur tal-assi użati għall-protezzjoni u l-kwalità tal-kreditu tad-debitur ma għandux ikun għoli wisq.
|
|
Artikolu 194 5.
|
Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata, fornitur tal-protezzjoni għandu jikkwalifika bħala fornitur tal-protezzjoni eliġibbli biss meta l-fornitur tal-protezzjoni huwa inkluż fil-lista ta’ fornituri tal-protezzjoni eliġibbli stipulata fl-Artikolu 201 jew 202, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 194 6.
|
Fil-każ ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu, ftehim ta’ protezzjoni għandu jikkwalifika bħala ftehim ta’ protezzjoni eliġibbli biss meta jilħaq iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
huwa inkluż fil-lista ta’ ftehimiet eliġibbli għall-protezzjoni stipulati fl-Artikoli 203 u 204(1);
(b)
huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti, sabiex jipprovdi ċ-ċertezza xierqa dwar il-protezzjoni tal-kreditu miksuba wara li jitqiesu l-approċċ użat għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir- riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent permess;
(c)
il-fornitur tal-protezzjoni jissodisfa ż-żewġ kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 194 7.
|
Il-protezzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 3, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 194 8.
|
Istituzzjoni għandha tkun tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li għandha proċessi adegwati ta’ ġestjoni tar-riskji sabiex tikkontrolla dawn ir-riskji li tista’ tkun esposta għalihom bħala konsegwenza tat-twettiq ta’ prattiki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu.
|
|
Artikolu 194 9.
|
Minkejja l-fatt li l-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu ġiet ikkunsidrata għall-finijiet ta’ kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u, fejn applikabbli, l-ammonti ta’ telf mistennija, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu jwettqu valutazzjoni sħiħa tar-riskju tal-kreditu tal-iskopertura sottostanti u jkunu f’pożizzjoni sabiex juru lill-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ riakkwist u ta’ transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti l-iskopertura sottostanti għandha, għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu biss, titqies bħala l-ammont nett tal-iskopertura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|