+Artikolu 197 Eliġibbiltà ta’ kollateral skont l-approċċi u l-metodi kollha
---+Artikolu 197 1.
---+Artikolu 197 2.
---+Artikolu 197 3.
---+Artikolu 197 4.
---+Artikolu 197 5.
---+Artikolu 197 6.
---+Artikolu 197 7.
---+Artikolu 197 8.

Artikolu 197 Eliġibbiltà ta’ kollateral skont l-approċċi u l-metodi kollha

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 197 1.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-elementi li ġejjin bħala kollateral eliġibbli skont l-approċċi u l-metodi kollha:

(a) 

flus depożitati ma’, jew strumenti assimilati ta’ flus miżmuma mill-istituzzjoni mutwanti;

▼M17

(b) 

titoli ta’ dejn, maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI jew aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni fejn:

(i) 

l-ECAI jew l-aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

(ii) 

il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2, 3 jew 4 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali u għal banek ċentrali skont il-Kapitolu 2;

(c) 

titoli ta’ dejn, maħruġa minn istituzzjonijiet, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:

(i) 

l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

(ii) 

il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;

(d) 

titoli ta’ dejn, maħruġa minn entitajiet oħra, li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI fejn:

(i) 

l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

(ii) 

il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi għal korporattivi skont il-Kapitolu 2;

(e) 

titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu b’terminu qasir minn ECAI fejn:

(i) 

l-ECAI tkun ġiet nominata mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-Kapitolu 2; u

(ii) 

il-valutazzjoni tal-kreditu tkun ġiet iddeterminata mill-EBA li hija assoċjata mal-iskala 1, 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja skont ir-regoli għall-peżar tar-riskju ta’ skoperturi fuq terminu qasir skont il-Kapitolu 2;

▼B

(f) 

ekwitajiet jew bonds konvertibbli li huma inklużi f’indiċi ewlieni;

▼M17

(g) 

ingott tad-deheb;

▼M5

(h) 

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li mhumiex pożizzjonijiet ta’ rititolizzazzjoni u li huma soġġetti għal piż ta’ riskju ta’ 100 % jew inqas skont l-Artikoli minn 261 sa 264 rispettivament.

▼B

Artikolu 197 2.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, “titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali” għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, li għalihom l-iskoperturi huma ttratati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti skont l-Artikolu 115(2);

(b) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku li huma ttrattati bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skont l-Artikolu 116(4);

(c) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117(2);

(d) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 118.

Artikolu 197 3.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, “titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet” għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali għajr dawk it-titoli ta’ dejn imsemmija f’punt (a) tal-paragrafu 2;

(b) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku, li għalihom l-iskoperturi huma ttrattati skont l-Artikolu 116(1) u (2);

(c) 

titoli ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp għajr dawk li huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Artikolu 117(2).

Artikolu 197 4.

Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

▼B

(a) 

ikunu elenkati fi swieq rikonoxxuti;

(b) 

jikkwalifikaw bħala dejn superjuri;

(c) 

it-titoli kklassifikati kollha l-oħra maħruġin mill-istituzzjoni emittenti tal-istess prijorità għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ippeżar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet jew skoperturi b’terminu qasir skont il-Kapitolu 2;

(d) 

l-istituzzjoni mutwanti ma għandha l-ebda informazzjoni li tindika li l-ħruġ ikun jiġġustifika valutazzjoni tal-kreditu aktar baxxa minn dik indikata fil-punt (c);

(e) 

il-likwidità tas-suq tal-istrument hija biżżejjed għal dawn il-finijiet.

Artikolu 197 5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew ishma f’CIUs bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-prezz l-unitajiet jew l-ishma jkun kkwotat pubblikament kuljum;

▼C2

(b) 

is-CIUs ikunu limitati li jinvestu fi strumenti li huma eliġibbli għar-rikonoxximent skont il-paragrafi 1 u 4;

▼B

(c) 

is-CIUs jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 132(3).

Fejn CIU tinvesti f’ishma jew unitajiet ta’ CIU oħra, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe tali CIU sottostanti.

L-użu ta’ strumenti derivati minn CIU bħala hedge għal investimenti permessi ma għandux jipprevjeni unitajiet jew ishma f’dik l-impriża milli jkunu eliġibbli bħala kollateral.

Artikolu 197 6.

Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, fejn CIU (is-“CIU oriġinali”) jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha ma tkunx limitata għal investiment fi strumenti li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

fejn l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ta’ trasparenza msemmi fl-Artikolu 132a(1) jew l-Artikolu 152(2) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

meta l-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-mandat imsemmi fl-Artikolu 132a(2) jew 152(5) għal skoperturi diretti għal CIU, huma jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet f’dik is-CIU bħala kollateral sal-ammont ugwali għall-valur tal-istrumenti miżmuma minn dik is-CIU, li huma eliġibbli skont il-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu bis-suppożizzjoni li dik is-CIU jew kwalunkwe waħda mis-CIUs sottostanti tagħha jkunu investew fi strumenti mhux eliġibbli sal-limitu massimu permess skont il-mandati rispettivi tagħhom.

Meta kwalunkwe CIU sottostanti għandha hija stess CIUs sottostanti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw unitajiet jew azzjonijiet fis-CIU oriġinali bħala kollateral eliġibbli sakemm dawn japplikaw il-metodoloġija stipulata fl-ewwel subparagrafu

Fejn assi mhux eliġibbli jista’ jkollhom valur negattiv minħabba obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-sjieda, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(a) 

jikkalkulaw il-valur totali tal-assi mhux eliġibbli;

(b) 

fejn l-ammont miksub skont il-punt (a) ikun negattiv, inaqqsu l-valur assolut ta’ dak l-ammont mill-valur totali tal-assi eliġibbli.

Artikolu 197 7.
Fir-rigward tal-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 1, fejn titolu jkollu żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-valutazzjoni l-inqas favorevoli. Fejn titolu jkollu aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw iż-żewġ valutazzjonijiet l-aktar favorevoli. Fejn iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu l-aktar favorevoli jkunu differenti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-inqas favorevoli fost dawn it-tnejn.
Artikolu 197 8.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

l-indiċijiet ewlenin imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-punt (a) tal-Artikolu 198(1), fl-Artikolu 224(1) u (4), u fil-punt (e) tal-Artikolu 299(2);

(b) 

il-boroż rikonoxxuti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-punt (a) tal-Artikolu 198(1), fl-Artikolu 224(1) u (4), fil-punt (e) tal-Artikolu 299(2), fil-punt (k) tal-Artikolu 400(2), fil-punt (e) tal-Artikolu 416(3), fil-punt (c) tal-Artikolu 428(1), u fil-punt 12 tal-Anness III, f’konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fil-punt (72) tal-Artikolu 4(1).

L-AETS għandha tissottometti dawn l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.