+Artikolu 213 Rekwiżiti komuni għall-garanziji u d-derivati tal-kreditu
---+Artikolu 213 1.
---+Artikolu 213 2.
---+Artikolu 213 3.

Artikolu 213 Rekwiżiti komuni għall-garanziji u d-derivati tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 213 1.

Soġġett għall-Artikolu 214(1), il-protezzjoni ta' kreditu minn garanzija jew minn derivattiv ta' kreditu għandha tikkwalifika bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-protezzjoni tal-kreditu tkun diretta;

(b) 

ikun hemm definizzjoni ċara u inkontrovertibbli ta' sa fejn tasal il-protezzjoni tal-kreditu;

(c) 

il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola, li t-twettiq tagħha ma taqax taħt il-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti, li:

(i) 

tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni jħassar jew jibdel il-protezzjoni ta' kreditu b'mod unilaterali;

(ii) 

iżżid l-ispiża effettiva tal-protezzjoni ta' kreditu bħala konsegwenza ta' deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tal-iskopertura protetta;

(iii) 

tista' tipprevjeni lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat li jħallas fil-ħin f'każ li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas xi pagament dovut, jew meta l-kuntratt tal-kiri jkun skada għall-finijiet ta' rikonoxximent tal-valur reżidwu garantit skont l-Artikoli 134(7) u 166(4);

(iv) 

tista' tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni ta' kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni;

(d) 

il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet kollha li jkunu rilevanti fi żmien il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-protezzjoni ta' kreditu offruta mill-garanti, ma għandhiex tiskwalifika dik il-protezzjoni ta' kreditu milli tkun eliġibbli.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-fornitur tal-protezzjoni jista' jagħmel pagament wieħed ta' somma f'daqqa tal-flejjes kollha dovuti skont il-pretensjoni, jew jista' jassumi l-obbligi ta' pagament futuri tad-debitur koperti mill-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu.

Artikolu 213 2.
Istituzzjoni għandha turi lill-awtoritajiet kompententi li għandha sistemi fis-seħħ biex tiġġestixxi l-konċentrazzjoni potenzjali tar-riskju li jirriżulta mill-użu ta’ garanziji u derivati tal-kreditu. Istituzzjoni għandha tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti kif l-istrateġija tagħha fir-rigward tal-użu tad-derivati tal-kreditu u l-garanziji jinteraġixxi mal-ġestjoni tagħha tal-profil tar-riskju kumplessiv.
Artikolu 213 3.
Istituzzjoni għandha tissodisfa kull rekwiżit kuntrattwali u statutorju fir-rigward ta’, u tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex tiżgura, l-infurzabbiltà tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu tagħha skont il-liġi applikabbli għall-interess tagħha fil-protezzjoni tal-kreditu.

Istituzzjoni għandha tkun wettqet analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. Hija għandha tirrepeti tali analiżi kif neċessarju sabiex jiżguraw infurzabbiltà kontinwata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.