+Artikolu 221 Użu tal-Approċċ tal-Mudelli Interni għal ftehimiet Ewlenin ta’ netting
---+Artikolu 221 1.
---+Artikolu 221 2.
---+Artikolu 221 3.
---+Artikolu 221 4.
---+Artikolu 221 5.
---+Artikolu 221 6.
---+Artikolu 221 7.
---+Artikolu 221 9.
|
Artikolu 221 Użu tal-Approċċ tal-Mudelli Interni għal ftehimiet Ewlenin ta’ netting
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 221 1.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli jew għal tranżazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għajr tranżazzjonijiet ta' derivattivi koperti minn ftehim ewlieni ta' netting eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 7, istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura aġġustat għalkollox (E*) tal-ftehim bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq mudell intern, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 221 2.
|
Istituzzjoni tista' tuża l-approċċ ibbażat fuq mudell intern meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni tuża dak l-approċċ biss għal skoperturi li għalihom l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju huma kkalkulati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3;
(b)
l-istituzzjoni tingħata l-permess li tuża dak l-approċċ mill-awtorità kompetenti tagħha.
|
|
Artikolu 221 3.
|
Istituzzjoni li tuża approċċ ibbażat fuq mudell intern għandha tagħmel dan għall-kontropartijiet u għat-titoli kollha, bl-eċċezzjoni ta' portafolli immaterjali li għalihom tista' tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikolu 220.
|
|
Artikolu 221 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li tuża approċċ tal-mudelli interni biss fejn huma sodisfatti li s-sistema tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji li jinħolqu mit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ewlieni ta’ netting hija valida fil-prinċipju u implimentata b’integrità u fejn jiġu ssodisfatti l-istandards kwalitattivi li ġejjin:
(a)
il-mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat għall-kalkolu tal-volatilità potenzjali tal-prezz għat-transazzjonijiet huwa integrat mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni u jservi bħala l-bażi tar-rappurtar ta’ skoperturi tar-riskju lill- maniġment superjuri tal-istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskji li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
hija indipendenti mill-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali u tirraporta direttament lill-maniġment superjuri;
(ii)
hija responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal- istituzzjoni għall-kejl tar-riskji;
(iii)
tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output tal-mudell għall- kalkolu tar-riskji u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’termini ta’ limiti tal-pożizzjonijiet;
(c)
ir-rapporti ta’ kuljum maħruġa mill-unità għall-kontroll tar-riskji huma analizzati minn livell ta’ maniġment li għandu biżżejjed awtorità sabiex jinforza tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda u fl-iskopertura kumplessiva tar-riskju;
(d)
l-istituzzjoni għandha biżżejjed persunal b’ħiliet fl-użu ta’ mudelli sofistikati fl-unità tal-kontroll tar-riskji;
(e)
l-istituzzjoni stabbilite proċeduri għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni li jikkonċernaw il-funzjonament kumplessiv tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji;
(f)
il-mudelli tal-istituzzjoni urew li huma validi għall-kejl tar-riskji bi preċiżjoni raġonevoli murija permezz ta’ ttestjar retrospettiv tal-output tagħha billi tintuża data għal mill-anqas sena sħiħa;
(g)
l-istituzzjoni twettaq b’mod frekwenti programm rigoruż ta’ ttestjar għal stress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma analizzati minn maniġment superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi;
(h)
l-istituzzjoni twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ verifika regolari interna tagħha, analiżi indipendenti tas-sistema tagħha għall-kalkolu tar-riskji. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji;
(i)
mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni twettaq analiżi tas-sistema tagħha tal- ġestjoni tar-riskji;
(j)
il-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 292(8) u (9) u fl- Artikolu 294.
|
|
Artikolu 221 5.
|
Il-mudell intern għall-kalkolu tar-riskju ta’ istituzzjoni għandu jkopri għadd suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju sabiex ikopri r-riskji materjali kollha għall-prezz. Istituzzjoni tista’ tuża korrelazzjonijiet empiriċi fi ħdan il-kategoriji tar-riskji u fost il-kategoriji tar-riskji fejn is-sistema tagħha għall-kejl tal-korrelazzjonijiet hija valida u implimentata b’integrità.
|
|
Artikolu 221 6.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudelli interni għandhom jikkalkulaw E* skont il-formula li ġejja:
fejn:
|
Ei
|
=
|
il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura separata i fil-ftehim li tapplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew fejn jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB;
|
|
Ci
|
=
|
il-valur tat-titoli meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti jew il-flus meħuda b’self jew irċevuti fir-rigward ta’ kull tali skopertura i.
|
Fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju permezz ta’ mudelli interni, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-output tal-mudell tal-ġurnata ta’ xogħol ta’ qabel.
|
|
Artikolu 221 7.
|
Il-kalkolu tal-bidla potenzjali fil-valur imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun soġġett għall-istandards kollha li ġejjin:
(a)
għandu jitwettaq mill-inqas kuljum;
(b)
għandu jkun ibbażat fuq id-99 perċentil, b’interval ta’ kunfidenza unilaterali;
(c)
għandu jkun ibbażat fuq perijodu ta’ likwidazzjoni ekwivalenti ta’ 5 ijiem, għajr fil-każ ta’ transazzjonijiet li mhumiex transazzjonijiet ta’ riakkwist ta’ titoli jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fejn għandu jintuża perijodu ta’ liwidazzjoni ekwivalenti għal 10 ijiem;
(d)
għandu jkun ibbażat fuq perijodu storiku ta’ osservazzjoni effettiv ta’ mhux inqas min sena għajr fejn perijodu ta’ osservazzjoni iqsar huwa ġustifikat minn qabża 'l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;
(e)
is-sett ta’ data użat fil-kalkolu għandu jiġi aġġornat kull tliet xhur.
Fejn l-istituzzjoni għandha transazzjoni ta’ riakkwist, transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti u self b’marġni jew transazzjoni simili jew sett ta’ netting li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 285(2), (3) u (4), il-perijodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perijodu b’riskju ta’ marġni li jkun japplika skont dawk il-paragrafi, flimkien mal-Artikolu 285(5).
|
|
Artikolu 221 9.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat dan li ġej:
(a)
dak li jikkostitwixxi portafoll immaterjali għall-fini tal-paragrafu 3;
(b)
il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk mudell intern huwiex tajjeb u huwiex jiġi implimentat b’integrità għall-fini tal-paragrafi 4 u 5 u ftehimiet ewlenin ta’ netting.
L-ABE għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji quddiem il-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|