+Artikolu 235a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat
---+Artikolu 235a 1.
---+Artikolu 235a 2.
---+Artikolu 235a 3.
---+Artikolu 235a 4.
---+Artikolu 235a 5.
|
Artikolu 235a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 235a 1.
|
Għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbiliti fil-Kapitolu 3 u fejn skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:
max{0, E – GA} · r + GA · g
fejn:
|
E
|
= il-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5; għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b);
|
|
GA
|
= l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu;
|
|
r
|
= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 3;
|
|
g
|
= il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.
|
|
|
Artikolu 235a 2.
|
Meta l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu (GA) ikun anqas mill-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-formula speċifikata fil-paragrafu 1 biss meta l-partijiet protetti u mhux protetti tal-iskopertura jkollhom superjorità ugwali.
|
|
Artikolu 235a 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 114(4) u (7), għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 114(4) jew (7), kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.
|
|
Artikolu 235a 4.
|
L-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun żero.
|
|
Artikolu 235a 5.
|
Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|