+Artikolu 236 Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB mingħajr l-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 236 1.
---+Artikolu 236 1a.
---+Artikolu 236 1b.
---+Artikolu 236 1c.
---+Artikolu 236 1d.
---+Artikolu 236 2.
---+Artikolu 236 3.
|
Artikolu 236 Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB mingħajr l-użu ta' stimi proprji tal-LGD u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 236 1.
|
Għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għaliha istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, iżda mingħajr ma tuża l-istimi proprji ta' LGD tagħha, u meta skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3, l-istituzzjoni għandha tiddetermina il-parti koperta tal-iskopertura bħala l-aktar baxx bejn il-valur tal-iskopertura (E) u l-valur aġġustat tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata (GA).
|
|
Artikolu 236 1a.
|
Istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni bl-użu tal-istimi proprji tal-PD għandhom jikkalkulaw l-ammont tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura billi tuża l-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f'konformità mal-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 236 1b.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura sottostanti billi jużaw il-PD, l-LGD speċifikat fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162.
|
|
Artikolu 236 1c.
|
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura li jikkorrispondu għal dawk previsti fl-Artikoli 153(5) u 158(6).
|
|
Artikolu 236 1d.
|
Minkejja l-paragrafu 1c ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għal skoperturi garantiti billi jużaw il-metodu previst fl-Artikolu 153(5) għandhom jikkalkulaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni applikabbli għall-parti koperta tal-iskopertura billi jużaw il-PD, l-LGD applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 161(1), f'konformità mal-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, u l-istess funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk użati għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni, u, fejn applikabbli, għandhom jużaw il-maturità (M) relatata mal-iskopertura sottostanti, ikkalkulata f'konformità mal-Artikolu 162. Għal skoperturi subordinati u għal protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun l-LGD assoċjat ma' pretensjonijiet prijoritarji u l-istituzzjonijiet jistgħu jammontaw għal kwalunkwe protezzjoni ta' kreditu finanzjata li tiggarantixxi l-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata f'konformità ma' dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 236 2.
|
Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.
|
|
Artikolu 236 3.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, (GA) huwa l-ammont tal-protezzjoni tal-kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat skont l-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu. Il-valur tal-iskopertura (E) huwa l-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|