+Artikolu 245 4.

Artikolu 245 4.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1, 2 u 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tkun tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-titolizzazzjoni;

(b) 

il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jiġi ttrasferit ir-riskju tal-kreditu tkun konformi mal-Artikolu 249;

(c) 

id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha termini jew kondizzjonijiet li:

(i) 

jimponu livelli limiti ta’ materjalità sinifikanti li inqas minnhom il-protezzjoni tal-kreditu titqies bħala li ma tiġix attivata jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;

(ii) 

jippermettu li l-protezzjoni tiġi fi tmiemha minħabba d-deterjorament tal-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti;

(iii) 

jitolbu lill-istituzzjoni oriġinatriċi tbiddel il-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti sabiex ittejjeb il-kwalità medja tal-aggregazzjoni; jew

(iv) 

iżidu l-kost tal-protezzjoni tal-kreditu għall-istituzzjoni jew ir-rendiment pagabbli lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni b’reazzjoni għal deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-aggregazzjoni sottostanti;

(d) 

il-protezzjoni tal-kreditu hija infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha;

(e) 

fejn applikabbli, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tagħmilha ċara li l-oriġinatur jew l-isponsor jistgħu biss jixtru jew jixtru lura pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, jew inkella jixtru lura, jirristrutturaw jew jissostitwixxu l-iskoperturi sottostanti lil hinn mill-obbligi kuntrattwali tagħhom meta tali arranġamenti jiġu esegwiti skont il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-partijiet għalihom jaġixxu fl-interess tagħhom stess bħala partijiet liberi u indipendenti (f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta);

(f) 

fejn hemm għażla eżerċitabbli eżawrjenti, din l-għażla tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

tista’ tiġi eżerċitata skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(ii) 

tista’ tiġi eżerċitata biss meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali tal-iskoperturi sottostanti jibqa’ mhux ammortizzat;

(iii) 

ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għall-pożizzjonijiet ta’ titjib tal-kreditu jew għal pożizzjonijiet oħrajn imħaddna mill-investituri fit-titolizzazzjoni, kif ukoll ma tkunx strutturata b’mod ieħor biex tipprovdi titjib tal-kreditu;

(g) 

l-istituzzjoni oriġinatriċi rċeviet opinjoni minn professjonist legali kkwalifikat li tikkonferma li t-titolizzazzjoni hija konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.