+Artikolu 248 1.

Artikolu 248 1.

Il-valur ta’ skopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a) 

il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha wara li jkun ġie applikat kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110;

(b) 

il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ huwa l-valur nominali tagħha nieqes kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110, immultiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni rilevanti kif stabbilit f’dan il-punt. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 %, ħlief fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tal-porzjon mhux miġbud tal-faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus, jista’ jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li jkun kanċellabbli inkondizzjonalment dment li r-ripagamenti tal-ġbid mill-faċilità jkunu superjuri għal kull pretensjoni oħra fuq il-flussi tal-flus li jirriżultaw mill-iskoperturi sottostanti, u l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hija qed tapplika metodu konservattiv xieraq biex jitkejjel l-ammont tal-porzjon mhux miġbud;

(c) 

il-valur tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6;

(d) 

istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tnaqqas mill-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 1 250  % skont is-Subtaqsima 3 jew imnaqqsa mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju tal-kreditu fuq l-iskoperturi sottostanti skont l-Artikolu 110, u kull skont mhux rimborżabbli fil-prezz tax-xiri marbut ma’ dawn l-iskoperturi sottostanti sa fejn tali skonti kkawżaw it-tnaqqis tal-fondi proprji;

▼M13

(e) 

Il-valur tal-iskopertura ta’ marġni pożittiv sintetiku għandu jinkludi, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin:

(i) 

kwalunkwe introjtu mill-iskoperturi titolizzati diġà rikonoxxuti mill-istituzzjoni oriġinatriċi fid-dikjarazzjoni tad-dħul tagħha fl-ambitu tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li l-istituzzjoni oriġinatriċi kuntrattwalment allokat għat-tranżazzjoni bħala marġni pożittiv sintetiku u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(ii) 

kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi fi kwalunkwe perjodu preċedenti u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(iii) 

kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għall-perjodu attwali u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(iv) 

kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għal perjodi futuri.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, kwalunkwe ammont ipprovdut bħala kollateral jew titjib tal-kreditu fir-rigward tat-titolizzazzjoni sintetika u li jkun diġà soġġett għal rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu ma għandux jiġi inkluż fil-valur tal-iskopertura.

▼M5

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x’jikkostitwixxi metodu konservattiv xieraq għall-kejl tal-ammont tal-porzjon mhux miġbud imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.