+Artikolu 254 Ġerarkija tal-metodi
---+Artikolu 254 1.
---+Artikolu 254 2.
---+Artikolu 254 3.
---+Artikolu 254 4.
---+Artikolu 254 5.
---+Artikolu 254 6.
---+Artikolu 254 7.
---+Artikolu 254 8.
|
Artikolu 254 Ġerarkija tal-metodi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 254 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw wieħed mill-metodi stabbiliti fis-Subtaqsima 3 sabiex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-ġerarkija li ġejja:
(a)
meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 258 jiġu ssodisfati, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-IRBA skont l-Artikoli 259 u 260;
(b)
meta s-SEC-ERBA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-SA skont l-Artikoli 261 u 262;
(c)
meta s-SEC-SA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA skont l-Artikoli 263 u 264 għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita.
|
|
Artikolu 254 2.
|
Għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’tintuża klassifikazzjoni inferita, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a)
meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % għal pożizzjonijiet li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;
(b)
meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % jew l-applikazzjoni tas-SEC-ERBA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 75 % għal pożizzjonijiet li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;
(c)
għal tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni garantiti b’aggregazzjoni ta’ self għall-karozzi, kirjiet ta’ karozzi u kirjiet ta’ tagħmir.
|
|
Artikolu 254 3.
|
F’każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 2, u b’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li tapplika s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata kollha tagħha jew għall-pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard mis-17 ta’ Novembru 2018. Kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti biex tbiddel ulterjorment l-approċċ applikat għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata tagħha għandha tiġi notifikat mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti tagħha qabel il-15 ta’ Novembru immedjatament wara dik id-deċiżjoni. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni mill-awtorità kompetenti sal-15 ta’ Diċembru immedjatament wara d-data tal-għeluq imsemmija fit-tieni jew it-tielet subparagrafu, kif xieraq, id-deċiżjoni notifikata tal-istituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara u għandha tkun valida sakemm deċiżjoni notifikata sussegwentament tidħol fis-seħħ. Istituzzjoni ma għandhiex tuża approċċ differenti matul l-istess sena.
|
|
Artikolu 254 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet, skont il-każ, milli japplikaw is-SEC-SA meta l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-SEC-SA ma jkunux proporzjonat mar-riskji maħluqa għall-istituzzjoni jew l-istabbiltà finanzjarja, inkluż iżda mhux limitat għar-riskju tal-kreditu inkorporat fl-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni. Fil-każ ta’ skoperturi li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għal titolizzazzjonijiet b’karatteristiċi kumplessi ħafna u riskjużi.
|
|
Artikolu 254 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni tista’ tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna sabiex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni mhux klassifikata fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP skont l-Artikolu 266, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 265. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 265(2), u pożizzjoni speċifika fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP taqa’ fl-ambitu kopert minn tali permess, l-istituzzjoni għandha tapplika dak l-Approċċ biex- jiġi kkalkulat l-ammont ta’ skoperturi ponderat għar-riskju ta’ dik il-pożizzjoni.
|
|
Artikolu 254 6.
|
Għal pożizzjoni f’rititolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw is-SEC-SA skont l-Artikolu 261, bil-modifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 269.
|
|
Artikolu 254 7.
|
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għandha tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % lill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 254 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-EBA għandha tissorvelja l-impatt ta’ dan l-Artikolu fuq ir-rekwiżiti kapitali u l-medda ta’ prattiki superviżorji b’konnessjoni mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u ta’ kull sena għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet tagħha u toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|