+Artikolu 255 Determinazzjoni tal-KIRBu KSA
---+Artikolu 255 1.
---+Artikolu 255 2.
---+Artikolu 255 3.
---+Artikolu 255 4.
---+Artikolu 255 5.
---+Artikolu 255 6.
---+Artikolu 255 7.
---+Artikolu 255 8.
---+Artikolu 255 9.

Artikolu 255 Determinazzjoni tal-KIRBu KSA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 255 1.
Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA skont is-Subtaqsima 3, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-KIRB skont il-paragrafi minn 2 sa 5.
Artikolu 255 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-KIRB billi jimmultiplikaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti. Il-KIRB għandha tiġi espressa f’forma deċimali bejn żero u wieħed.
Artikolu 255 3.

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB, l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti, għandhom jinkludu:

(a) 

l-ammont ta’ telf mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha tat-titolizzazzjoni, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti li għadhom parti mill-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3; u

(b) 

l-ammont ta’ telf mhux mistenni assoċjat mal-iskoperturi sottostanti kollha, inklużi l-iskoperturi sottostanti inadempjenti fl-aggregazzjoni skont il-Kapitolu 3.

Artikolu 255 4.
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkolaw il-KIRB fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 3 għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riċevibbli mixtrija. Għal dawn il-finijiet, l-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur u l-iskoperturi mhux fil-livell tal-konsumatur għandhom jiġu ttrattati bħala riċevibbli korporattivi mixtrija.
Artikolu 255 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-KIRB separatament għar-riskju ta’ dilwizzjoni fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti ta’ titolizzazzjoni fejn ir-riskju ta’ dilwizzjoni jkun materjali għal tali skoperturi.

Meta t-telf mir-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu jiġi ttrattat b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u għar-riskju tal-kreditu f’KIRB waħda għall-finijiet tas-Subtaqsima 3. Il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva waħdieni jew ta’ sovrakollateralizzazzjoni disponibbli sabiex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ttrattati b’mod aggregat.

Meta r-riskju ta’ dilwizzjoni u r-riskju tal-kreditu ma jiġux ittrattati b’mod aggregat fit-titolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jimmodifikaw it-trattament stabbilit fit-tieni subparagrafu preċedenti sabiex jikkombinaw il-KIRB rispettiva għar-riskju ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu b’mod prudenti.

Artikolu 255 6.
Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-SA skont is-Subtaqsima 3, din għandha tikkalkula l-KSA billi timmultiplika l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku ma kinux ġew titolizzati, bi 8 % diviżi bil-valur tal-iskoperturi sottostanti. Il-KSA għandha tiġi espressa f’forma deċimali bejn żero u wieħed.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi sottostanti mingħajr nettjar ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu u ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku tal-valur addizzjonali skont l-Artikoli 34 u 110 u kull tnaqqis ieħor tal-fondi proprji.

Artikolu 255 7.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6, meta struttura ta’ titolizzazzjoni tinvolvi l-użu ta’ SSPE, l-iskoperturi kollha tal-SSPE relatati mat-titolizzazzjoni jiġu ttrattati bħala skoperturi sottostanti. Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel, l-istituzzjoni tista’ teskludi l-iskoperturi tal-SSPE mill-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti għall-finijiet tal-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju mill-iskoperturi tal-SSPE jkun immaterjali jew jekk ma jaffettwax il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tal-istituzzjoni.

Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi ffinanzjati, kull rikavat materjali mill-ħruġ ta’ noti marbuta ma’ kreditu jew obbligi ffinanzjati oħrajn tal-SSPE li jservu bħala kollateral għall-ħlas lura tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-KIRB jew tal-KSA jekk ir-riskju tal-kreditu tal-kollateral ikun soġġett għall-allokazzjoni tat-telf segmentata.

Artikolu 255 8.
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, l-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-metodi xierqa għall-kombinazzjoni tal-KIRB għar-riskji ta’ dilwizzjoni u ta’ kreditu, meta dawn ir-riskji ma jiġux ittrattati b’mod aggregat f’titolizzazzjoni.
Artikolu 255 9.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ulterjorment il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-KIRB għall- aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti f’konformità mal-paragrafu 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

politika u mudelli kreditizji interni għall-kalkolu tal-KIRB għal titolizzazzjonijiet;

(b) 

l-użu ta’ fatturi ta’ riskju differenti fir-rigward tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti u, fejn ma tkunx disponibbli biżżejjed data preċiża jew affidabbli dwar dik l-aggregazzjoni, ta’ data proxy biex jiġu stmati l-PD u l-LGD; u

(c) 

rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta biex jiġu ssorveljati l-azzjonijiet u l-politiki ta’ bejjiegħa tar-riċevibbli jew oriġinaturi oħra.

L-EBA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.