+Artikolu 256 Determinazzjoni tal-punt ta’ akkoppjament (A) u tal-punt ta’ distakkament (D)
---+Artikolu 256 1.
---+Artikolu 256 2.
---+Artikolu 256 3.
---+Artikolu 256 4.
---+Artikolu 256 5.
---+Artikolu 256 6.

Artikolu 256 Determinazzjoni tal-punt ta’ akkoppjament (A) u tal-punt ta’ distakkament (D)

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 256 1.
Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta’ akkoppjament (A) fil-limitu massimu fejn it-telf fl-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti jibda jiġi allokat għall-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni rilevanti.

Il-punt tal-akkoppjament (A) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għal jew pari passu mas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti inkluża l-iskopertura stess mal-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.

Artikolu 256 2.
Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta’ distakkament (D) fil-limitu li fih it-telf fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti jirriżulta f’telf komplet tal-prinċipal għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti.

Il-punt ta’ distakkament (D) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti għall-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.

Artikolu 256 3.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw is-sovrakollateralizzazzjoni u l-kontijiet ta’ riżerva ffinanzjati bħala segmenti u l-assi li fihom tali kontijiet ta’ riżerva bħala skoperturi sottostanti.
Artikolu 256 4.
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw il-kontijiet ta’ riżerva mhux iffinanzjati u l-assi li ma jipprovdux titjib tal-kreditu, bħal dawk li jipprovdu biss appoġġ ta’ likwidità, swaps tar-rati tal-imgħax jew bejn il-muniti u kontijiet ta’ kollateral fi flus relatati ma’ dawk il-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Għall-kontijiet ta’ riżerva ffinanzjati u għall-assi li jipprovdu titjib tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tittratta biss bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni l-partijiet ta’ dawk il-kontijiet jew l-assi li jassorbu t-telf.
Artikolu 256 5.
Meta żewġ pożizzjonijiet jew aktar tal-istess tranżazzjoni jkollhom maturitajiet differenti iżda jikkondividu allokazzjoni tat-telf pro rata, il-kalkolu tal-punti ta’ akkoppjament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) għandhom ikunu bbażati fuq il-bilanċ pendenti aggregat ta’ dawk il-pożizzjonijiet u l-punti ta’ akkoppjament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) li jirriżultaw għandhom ikunu l-istess.
Artikolu 256 6.
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-punti ta’ attakkament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) ta’ titolizzazzjoni sintetika, l-istituzzjoni oriġinatriċi tat-titolizzazzjoni għandha tittratta l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tikkorrispondi għall-marġni pożittiv sintetiku msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 248(1) bħala segment, u taġġusta l-punti ta’ attakkament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) tas-segmenti l-oħra li żżomm billi żżid dak il-valur tal-iskopertura mal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li ma jkunux l-istituzzjoni oriġinatriċi ma għandhomx jagħmlu dan l-aġġustament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.