+Artikolu 268 Rekwiżiti kapitali massimi
---+Artikolu 268 1.
---+Artikolu 268 2.
---+Artikolu 268 3.
---+Artikolu 268 4.

Artikolu 268 Rekwiżiti kapitali massimi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 268 1.
Istituzzjoni oriġinatriċi, istituzzjoni sponsor jew istituzzjoni oħra li tuża s-SEC-IRBA, jew istituzzjoni oriġinatriċi jew istituzzjoni sponsor li tuża s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA tista’ tapplika rekwiżit kapitali massimu għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li hija tħaddan li jkun ugwali għar-rekwiżiti kapitali li jiġu kkalkolati skont il-Kapitolu 2 jew 3 fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma ġewx titolizzati. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżit kapitali tal-Approċċ IRB jinkludi l-ammont tat-telf mistenni assoċjat ma’ dawk l-iskoperturi kkalkolat skont il-Kapitolu 3 u dak tat-telf mhux mistenni.
Artikolu 268 2.
Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jiġi ddeterminat permezz tal-kalkolu tal-medja ponderata skont l-iskopertura tar-rekwiżiti kapitali tal-porzjonijiet tal-Approċċ IRB u tal-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti skont il-paragrafu 1.
Artikolu 268 3.

Ir-rekwiżit kapitali massimu għandu jkun ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont ikkalkolat skont il-paragrafi 1 jew 2 bl-akbar proporzjon tal-imgħax li l-istituzzjoni żżomm fis-segmenti rilevanti (V), espress bħala perċentwal u kkalkolat kif ġej:

(a) 

għal istituzzjoni li għandha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni waħda jew aktar f’segment wieħed, V ikun ugwali għall-proporzjon tal-ammont nominali tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l-istituzzjoni tħaddan f’dak is-segment partikolari għall-ammont nominali tas-segment;

(b) 

għal istituzzjoni li għandha pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni f’segmenti differenti, V ikun ugwali għall-proporzjon massimu tal-imgħax fost is-segmenti. Għal dawn il-finijiet, il-proporzjon ta’ imgħax għal kull wieħed mis-segmenti differenti għandu jiġi kkalkolat kif stabbilit fil-punt (a).

Artikolu 268 4.
Meta jiġi kkalkolat ir-rekwiżit kapitali massimu għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont dan l-Artikolu, l-ammont sħiħ ta’ kull profitt fuq il-bejgħ u l-istrips tal-imgħax biss għat-titjib tal-kreditu li jirriżultaw mit-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni għandu jitnaqqas mill-entrati ta’ Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.