+Artikolu 269a 5.

Artikolu 269a 5.

Għall-finijiet tal-Artikolu 268(1), it-telf mistenni assoċjat ma’ skoperturi sottostanti għal titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti għandu jiġi inkluż wara t-tnaqqis tal-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli u, meta applikabbli, ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku addizzjonali għar-riskju ta’ kreditu.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkolu skont il-formula li ġejja:

fejn:

CRmax

=

ir-rekwiżit kapitali massimu fil-każ ta’ titolizzazzjoni NPE tradizzjonali kwalifikanti;

RWEAIRB

=

it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;

ELIRB

=

it-total tal-ammonti mistennija ta’ telf tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB;

NRPPD

=

l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli;

EVIRB

=

it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għall-Approċċ IRB;

EVPool

=

it-total tal-valuri ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha fl-aggregazzjoni;

SCRAIRB

=

għall-istituzzjonijiet oriġinaturi, l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu magħmula mill-istituzzjoni fir-rigward ta’ dawk l-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ IRB biss jekk u sa fejn dawn l-aġġustamenti jaqbżu l-NRPPD; għall-istituzzjonijiet investituri l-ammont huwa żero;

RWEASA

=

it-total tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskji tal-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.