+Artikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs

Artikolu 270c Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs

Artikolu 270c

Rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAIs

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont it-Taqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biss valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ma jkun hemm ebda diskrepanza bejn it-tipi ta’ pagamenti riflessi fil-valutazzjoni ta’ kreditu u t-tipi ta’ pagamenti li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni skont il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni inkwistjoni;

(b) 

l-ECAI tippubblika l-valutazzjonijiet ta’ kreditu u l-informazzjoni dwar l-analiżi tat-telf u tal-fluss tal-flus, is-sensittività tal-klassifikazzjonijiet għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti, inkluża l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti, u dwar il-proċeduri, il-metodoloġiji, is-suppożizzjonijiet u l-elementi ewlenin li huma l-bażi tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, l-informazzjoni għandha titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku meta hija tkun ġiet ippubblikata f’format aċċessibbli. L-informazzjoni li tkun disponibbli biss għal numru limitat ta’ entitajiet ma għandhiex titqies bħala li hija disponibbli għall-pubbliku;

(c) 

il-valutazzjonijiet ta’ kreditu jiġu inklużi fil-matriċi tat-transizzjoni tal-ECAI;

(d) 

il-valutazzjonijiet ta’ kreditu mhumiex ibbażati jew parzjalment ibbażati fuq l-appoġġ mhux iffinanzjat ipprovdut mill-istituzzjoni nnifisha. Meta pożizzjoni tkun ibbażata jew parzjalment ibbażata fuq appoġġ mhux iffinanzjat, l-istituzzjoni għandha tikkunsidra dik il-pożizzjoni bħallikieku ma kinitx ikklassifikata għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal din il-pożizzjoni skont it-Taqsima 3;

(e) 

l-ECAI impenjat ruħha li tippubblika spjegazzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti taffettwa l-valutazzjoni ta’ kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.