+Artikolu 273 Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
---+Artikolu 273 1.
---+Artikolu 273 2.
---+Artikolu 273 3.
---+Artikolu 273 4.
---+Artikolu 273 5.
---+Artikolu 273 6.
---+Artikolu 273 7.
---+Artikolu 273 8.
---+Artikolu 273 9.

Artikolu 273 Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 273 1.
►M17  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu, bl-eċċezzjoni tad-derivattivi ta' kreditu msemmija fil-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, abbażi ta' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 f'konformità ma' dan l-Artikolu. ◄

Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4. Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti fi grupp. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti.

Artikolu 273 2.

Meta jkollha permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283(1) u (2), istituzzjoni tista’ tiddetermina l-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin permezz tal-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6:

(a) 

il-kuntratti elenkati fl-Anness II;

(b) 

transazzjonijiet ta’ riakkwist;

(c) 

transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti;

(d) 

transazzjonijiet ta’ self b'marġni;

(e) 

transazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

Artikolu 273 3.

Fejn l-istituzzjoni tixtri protezzjoni permezz ta’ derivat tal-kreditu kontra skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar jew kontra skopertura għar-riskju ta’ kontraparti, tista’ tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha għall-iskopertura ħħeġġjata skont wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-Artikoli 233 sa 236;

▼M17

(b) 

f'konformità mal-Artikolu 183, fejn ikun ingħata permess f'konformità mal-Artikolu 143.

▼B

Il-valur tal-iskopertura għas-CCR għal dawk id-derivati tal-kreditugħandu jkun żero, sakemm l-istituzzjoni ma tapplikax l-approċċ (ii) fil-punt (h) tal-Artikolu 299(2).

Artikolu 273 4.
Minkejja l-paragrafu 3, istituzzjoni tista’ tagħżel li għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżi tal-fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti tinkludi b’mod konsistenti d-derivati tal-kreditu kollha mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar u mixtrija bħala protezzjoni kontra skopertura fil-portafoll mhux tan-negozjar jew kontra skopertura għar-riskju tal-kreditu ta' kontraparti fejn il-protezzjoni tal-kreditu hija rikonoxxuta skont dan ir-Regolament.
Artikolu 273 5.
Fejn swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu mibjugħa mill-istituzzjoni huma ttrattati minn istituzzjoni bħala l-protezzjoni tal-kreditu provduta minn dik l-istituzzjoni u huma soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tas-sottostanti għall-ammont nozzjonali sħiħ, il-valur tal-iskopertura tagħhom għall-finijiet tas-CCR fil-portafoll mhux tan-negozjar għandu jkun żero.
Artikolu 273 6.
Skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6, il-valur tal-iskopertura għal kontroparti partikolari għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-iskoperturi ikkalkulata għal kull sett ta' netting ma' dik il-kontraparti.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ftehim ta' marġni wieħed japplika għal settijiet tan-netting multipli ma' dik il-kontroparti u l-istituzzjoni qiegħda tuża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' dawk is-settijiet tan-netting, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima rilevanti.

Għal kontroparti partikolari, il-valur tal-iskopertura għal sett tan-netting partikolari ta' strumenti derivattivi OTC elenkati fl-Anness II kkalkulat skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valuri tal-iskoperturi fis-settijiet kollha tan-netting mal-kontroparti u s-somma tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għal dik il-kontroparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jitqies ebda aġġustament tal-valwazzjoni tad-debitu ta' tpaċija attribwit għar-riskju tal-kreditu proprju tad-ditta li tkun diġà ġiet eskluża mill-fondi proprji skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(1).

Artikolu 273 7.
Fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw żewġ kuntratti derivattivi OTC inklużi fl-istess ftehim tan-netting li jaqblu perfettament bħallikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipju nozzjonali ugwali għal żero.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, żewġ kuntratti tad-derivattivi OTC jaqblu perfettament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjonijiet ta' riskju tagħhom huma opposti;

(b) 

il-karatteristiċi tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data tan-negozju, huma l-istess;

(c) 

il-flussi tal-flus tagħhom ipaċu kompletament lil xulxin.

Artikolu 273 8.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-iskoperturi li ġejjin minn tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, irrispettivament minn liema metodu tkun għażlet l-istituzzjoni għat-trattament ta' derivattivi OTC u tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul, istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 tista' tassenja l-ponderazzjonijiet tar-riskju skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-materjalità ta' dawk il-pożizzjonijiet.
Artikolu 273 9.
Għall-metodi mniżżla fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw bħala adatti, it-tranżazzjonijiet fejn ikun ġie identifikat riskju speċifiku ta' korrelazzjoni ħażina (wrong-way risk) skont l-Artikolu 291(2), (4), (5) u (6).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.