+Artikolu 274 Valur tal-iskopertura
---+Artikolu 274 1.
---+Artikolu 274 2.
---+Artikolu 274 3.
---+Artikolu 274 4.
---+Artikolu 274 5.
---+Artikolu 274 6.
---+Artikolu 274 7.
|
Artikolu 274 Valur tal-iskopertura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 274 1.
|
Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-ftehim ta' netting jappartjeni għal wieħed mit-tipi ta' ftehimiet ta' netting kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 295;
(b)
il-ftehim ta' netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296;
(c)
l-istituzzjoni ssodisfat l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 297 fir-rigward tal-ftehim ta' netting.
Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.
|
|
Artikolu 274 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ġej:
Valur tal-iskopertura = α · (RC + PFE)
fejn:
|
RC
|
=
|
l-ispiża tas-sostituzzjoni kkalkulata skont l-Artikolu 275; u
|
|
PFE
|
=
|
l-iskopertura futura potenzjali kkalkulata skont l-Artikolu 278;
|
|
|
Artikolu 274 3.
|
Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting li hu soġġett għal ftehim ta' marġni kuntrattwali għandu jiġi limitat għall-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting li ma hu soġġett għall-ebda forma ta' ftehim ta' marġni.
|
|
Artikolu 274 4.
|
Meta japplikaw ftehimiet dwar il-marġni multipli għall-istess sett ta' netting, jew l-istess sett ta' netting jinkludi kemm tranżazzjonijiet soġġetti għal ftehim dwar il-marġni kif ukoll tranżazzjonijiet mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni, istituzzjoni għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura tagħha kif ġej:
(a)
l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi s-settijiet ta' subnetting ipotetiku kkonċernati, magħmula minn tranżazzjonijiet inklużi fis-sett ta' netting, kif ġej:
(i)
it-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għal ftehim dwar il-marġni u għall-istess perjodu ta' riskju ta' marġni kif iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 285(2) sa (5), għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta' subnetting;
(ii)
it-tranżazzjonijiet kollha mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta' subnetting, distint mis-settijiet ta' subnetting stabbiliti f'konformità mal-punt (i) ta' dan il-paragrafu;
(b)
l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ispiża tas-sostituzzjoni tas-sett ta' netting f'konformità mal-Artikolu 275(2), b'kont meħud tat-tranżazzjonijiet kollha fis-sett ta' netting, soġġetti għal ftehim dwar il-marġni jew le, u tapplika dan kollu li ġej:
(i)
CMV għandu jiġi kkalkulat għat-tranżazzjonijiet kollha f'sett ta' netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew ippreżentat meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett sabiex jinħadem is-CMV;
(ii)
NICA, VM, TH, u MTA, fejn applikabbli, għandha tiġi kkalkulata separatament bħala s-somma tal-inputs kollha applikabbli għal kull ftehim dwar il-marġni individwali tas-sett ta' netting;
(c)
l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-iskopertura futura potenzjali tas-sett ta' netting imsemmi fl-Artikolu 278 billi tapplika dan kollu li ġej:
(i)
il-moltiplikatur imsemmi fl-Artikolu 278(1) għandu jkun ibbażat fuq l-inputs CMV, NICA u VM, kif applikabbli, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu;
(ii)
għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 278, separatament għal kull sett ta' subnetting ipotetiku msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 274 5.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
is-sett tan-netting huwa magħmul biss minn opzjonijiet mibjugħa;
(b)
il-valur tas-suq kurrenti tas-sett tan-netting huwa dejjem negattiv;
(c)
il-premium tal-opzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting ġie riċevut bil-quddiem mill-istituzzjoni biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;
(d)
is-sett tan-netting ma hu soġġett għal ebda ftehim ta' marġni.
|
|
Artikolu 274 6.
|
F'sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu tranżazzjoni li hija kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet ta' call jew ta' put mixtrija jew mibjugħa bl-opzjonijiet uniċi kollha li jiffurmaw dik il-kombinazzjoni lineari, meħuda bħala tranżazzjoni individwali, għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting skont din it-Taqsima. Kull tali kombinazzjoni ta' opzjonijiet għandha tiġi trattata bħala tranżazzjoni individwali fis-sett tan-netting li fih hija inkluża l-kombinazzjoni għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu dritt diġitali vanilla li l-eżerċitar tiegħu jkun daqs K bil-kombinazzjoni tal-collar rilevanti ta' żewġ drittijiet ta' xiri u put vanilla mibjugħin u mixtrijin li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
iż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar ikollhom:
(i)
l-istess data ta' skadenza u l-istess prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti bħad-dritt diġitali vanilla;
(ii)
eżerċitar ugwali għal 0,95 ·K u 1,05 ·K rispettivament;
(b)
il-kombinazzjoni tal-collar tirreplika eżattament il-gwadann tad-dritt diġitali vanilla li jirriżulta barra mill-medda bejn l-ewwel u t-tieni eżerċitar imsemmija fil-punt (a);
Il-pożizzjoni tar-riskju taż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar imsemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi kkalkulata separatament f'konformità mal-Artikolu 279.
|
|
Artikolu 274 7.
|
Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjoni ta' derivattivi tal-kreditu jirrappreżenta pożizzjoni twila fis-sottostanti jista' jkun limitat għall-ammont tal-premium pendenti mhux imħallas dment li jkun ttrattat bħala s-sett tan-netting tiegħu stess li mhuwiex soġġett għal ftehim ta' marġni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|