+Artikolu 277a Settijiet ta' hedging
---+Artikolu 277a 1.
---+Artikolu 277a 2.
---+Artikolu 277a 3.
|
Artikolu 277a Settijiet ta' hedging
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 277a 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu s-settijiet ta' hedging rilevanti għal kull kategorija tar-riskju ta' sett tan-netting u jassenjaw kull tranżazzjoni lil dawk is-settijiet ta' hedging kif ġej:
(a)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita;
(b)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa bbażat fuq l-istess muniti akkoppjati;
(c)
it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
(d)
it-tranżazzjonijiet kollha kklassifikati fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging;
(e)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu assenjati lil wieħed mis-settijiet ta' hedging li ġejjin abbażi tan-natura tal-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3):
(v)
il-kondizzjonijiet klimatiċi;
(f)
it-tranżazzjonijiet ikklassifikati f'kategorija ta' riskji oħrajn għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, it-tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li għandhom varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju għandhom jiġu assenjati lil settijiet ta' hedging separati, minbarra s-settijiet ta' hedging stabbiliti għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li ma għandhomx varjabbli ta' inflazzjoni bħala l-motivatur tar-riskju primarju. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu assenjati lill-istess sett ta' hedging fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju primarju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa denominat fl-istess munita.
|
|
Artikolu 277a 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu settijiet ta' hedging individwali separati f'kull kategorija ta' riskju għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:
(a)
it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa jew il-volatilità implikata tas-suq jew il-volatilità realizzata ta' motivatur tar-riskju jew il-korrelazzjoni bejn żewġ motivaturi tar-riskju;
(b)
it-tranżazzjonijiet għal liema l-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa d-differenza bejn żewġ motivaturi tar-riskju kklassifikati fl-istess kategorija tar-riskju jew tranżazzjonijiet li jikkonsistu f'żewġ komponenti ta' pagament denominati fl-istess munita u għal liema motivatur tar-riskju mill-istess kategorija ta' riskju tal-motivatur tar-riskju primarju huwa inkluż fil-komponent tal-pagament l-ieħor minn dak li fih il-motivatur tar-riskju primarju.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-motivatur tar-riskju tagħhom, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), huwa identiku. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet lill-istess sett ta' hedging tal-kategorija ta' riskju rilevanti fil-każ biss meta l-par motivaturi tar-riskju f'dawk it-tranżazzjonijiet kif imsemmi f'dan il-punt huwa identiku u ż-żewġ motivaturi tar-riskju inklużi f'dan il-par huma korrelatati b'mod pożittiv. Inkella, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil wieħed mis-settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 1, fuq il-bażi ta' wieħed biss miż-żewġ motivaturi tar-riskju msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw tranżazzjonijiet għal sett ta' ħħeġġjar separat tal-kategorija ta' riskju rilevanti wara l-istess kostruzzjoni ta' sett ta' ħħeġġjar stabbilita fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 277a 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti n-numru ta' settijiet ta' hedging stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal kull kategorija ta' riskju, bil-motivatur tar-riskju primarju, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali fil-kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 277(3), jew il-par motivaturi tar-riskju ta' kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging u bin-numru ta' tranżazzjonijiet f'kull wieħed minn dawk is-settijiet ta' hedging.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|