+Artikolu 279b 1.

Artikolu 279b 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:

(a) 

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew fil-kategorija ta' riskju ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi u l-fattur ta' durata tas-superviżjoni, li għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

▼C8

image

fejn:

R

=

ir-rata ta’ skont fuq is-superviżjoni; R = 5 %;

S

=

il-perijodu bejn id-data tal-bidu ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol;

E

=

il-perijodu bejn id-data tat-tmiem ta’ tranżazzjoni u d-data tar-rappurtar, li għandha tiġi espressa fi snin permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax-xogħol; u

SenaNegozju

=

sena waħda espressa f’jiem tax-xogħol permezz tal-konvenzjoni rilevanti dwar il-jum tax- xogħol.

▼M8

Il-bidu ta' tranżazzjoni li hija l-eqreb data li fiha tal-anqas pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, ikun jew fiss jew skambjat, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni. Meta tranżazzjoni tkun diġà qiegħda tistipula jew tagħmel pagamenti fid-data ta' rappurtar, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun 0.

Meta tranżazzjoni tinvolvi data kuntrattwali futura waħda jew aktar futuri li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha, id-data ta' bidu tat-tranżazzjoni għandha tkun ugwali għall-eqreb data minn dawn li ġejjin:

(i) 

id-data jew l-eqreb data mid-dati futuri multipli li ġejjin li fiha l-istituzzjoni jew il-kontroparti jistgħu jiddeċiedu li jtemmu t-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali tagħha;

(ii) 

id-data li fiha tranżazzjoni tibda tistipula jew tagħmel il-pagamenti, minbarra l-pagamenti relatati mal-kambju ta' kollateral fi ftehim ta' marġni.

Meta tranżazzjoni jkollha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' bidu ta' tranżazzjoni għandha tkun determinata abbażi tal-eqreb data li fiha l-istrument sottostanti jibda jistipula jew jagħmel il-pagamenti.

Id-data ta' tmiem ta' tranżazzjoni hija d-data li fiha l-aħħar pagament kuntrattwali skont it-tranżazzjoni, lil jew mill-istituzzjoni, huwa jew jista' jiġi skambjat.

Meta tranżazzjoni għandha strument finanzjarju bħala l-istrument sottostanti li jista' jwassal għal obbligi kuntrattwali addizzjonali għal dawk tat-tranżazzjoni, id-data ta' tmien ta' tranżazzjoni għandha tiġi determinata abbażi tal-aħħar pagament kuntrattwali tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.

Fejn tranżazzjoni tiġi strutturati sabiex tiġi saldata skopertura pendenti wara dati ta' pagament speċifikati u fejn it-termini huma ssettjati mill-ġdid sabiex il-valur tas-suq tat-tranżazzjoni jkun żero f'dawk id-dati speċifikati, is-saldu ta' skopertura pendenti f'dawk id-dati speċifikati huwa kkunsidrat bħala pagament kuntrattwali taħt l-istess tranżazzjoni;

(b) 

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-kambju, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat kif ġej:

(i) 

meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'komponent ta' pagament wieħed, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivattivi;

(ii) 

meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagamenti u l-ammont nozzjonali ta' komponent ta' pagament wieħed huwa denominat fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-ammont nozzjonali tal-komponent ta' pagament l-ieħor;

(iii) 

meta t-tranżazzjoni tikkonsisti f'żewġ komponenti ta' pagament u l-ammont nozzjonali ta' kull pagament huwa denominat f'munita differenti mill-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni, l-ammont nozzjonali aġġustat għandu jkun l-akbar wieħed mill-ammonti nozzjonali taż-żewġ komponenti ta' pagamenti wara li dawn l-ammonti jkunu ġew ikkonvertiti fil-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni fir-rata tal-kambju spot prevalenti;

(c) 

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati fil-kategorija ta' riskju tal-ekwità jew fil-kategorija ta' riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat bħala l-prodott tal-prezz tas-suq ta' unità waħda tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni u n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti li ssir referenza għalih fit-tranżazzjoni;

meta tranżazzjoni kklassifikata fil-kategorija ta' riskju ta' ekwità jew kategorija ta' riskju tal-komoditajiet hija espressa b'mod kontrattwali bħala ammont nozzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ammont nozzjonali tat-tranżazzjoni pjuttost milli n-numru ta' unitajiet fl-istrument sottostanti, bħala l-ammont nozzjonali aġġustat;

(d) 

għal tranżazzjonijiet ikklassifikati għall-kategorija ta' riskji oħrajn, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont nozzjonali aġġustat abbażi tal-metodu l-aktar xieraq fost il-metodi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c), skont in-natura u l-karatteristiċi tal-istrument sottostanti tat-tranżazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.