+Artikolu 292 Integrità tal-proċess ta’ mmudellar
---+Artikolu 292 1.
---+Artikolu 292 2.
---+Artikolu 292 3.
---+Artikolu 292 4.
---+Artikolu 292 5.
---+Artikolu 292 6.
---+Artikolu 292 7.
---+Artikolu 292 8.
---+Artikolu 292 9.
---+Artikolu 292 10.

Artikolu 292 Integrità tal-proċess ta’ mmudellar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 292 1.

Istituzzjoni għandha tiżgura l-integrità tal-proċess ta’ mmudellar kif stabbilit fl-Artikolu 284 billi mill-inqas tadotta l-miżuri li ġejjin:

(a) 

il-mudell għandu jirrefletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni b’mod pront komplet, u konservattiv;

(b) 

dawn it-termini għandhom jinkludu mill-inqas l-ammonti nozzjonali tal-kuntratt, il-maturità, l-assi ta’ referenza, l-arranġamenti tal-marġinazzjoni u l-arranġamenti tan-netting;

(c) 

dawk it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinżammu f’bażi ta’ data li hija soġġetta għal verifika formali u perijodika;

(d) 

proċess għar-rikonoxximent tal-arranġamenti tan-netting li jeħtieġ persunal legali li jivverifika li n-netting f’dawk l-arranġamenti huwa legalment infurzabbli;

(e) 

il-verifika meħtieġa mill-punt (d) għandha tiddaħħal fil-bażi ta’ data msemmija fil-punt (c) minn unità indipendenti;

(f) 

it-trasmissjoni tad-data dwar it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni fil-mudell EPE għandha tkun soġġetta għal verifika interna;

(g) 

għandu jkun hemm proċessi għar-rikonċiljazzjoni formali bejn il-mudell u s-sitemi tas-sorsi tad-data sabiex jiġi verifikat b’mod kontinwu li t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-transazzjoni qed ikunu riflessi fl-EPE b’mod korrett jew mill-inqas b’mod konservattiv.

Artikolu 292 2.
Għandha tintuża data tas-suq attwali għad-determinazzjoni l-iskoperturi attwali. Istituzzjoni tista’ tikkalibra l-mudell EPE tagħha permezz ta’ data tas-suq storika jew data tas-suq impliċita sabiex tistabbilixxi parametri tal-proċessi stokastiċi sottostanti, bħad-drift, il-volatilità u l-korrelazzjoni. Jekk istituzzjoni tuża data storika, mill-inqas għandha tuża tliet snin ta’ tali data. Id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi trimestrali, u aktar sikwit jekk dan ikun neċessarju sabiex jiġu riflessi l-kondizzjonijiet tas-suq.

Għall-kalkolu tal-EPE Effettiva permezz tal-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi, istituzzjoni għandha tikkalibra l-EPE Effettiva permezz ta’ tliet snin ta’ data li tinkludi perijodu ta’ kriżi għad-differenzjali tal-inadempjenzi tal-kreditu tal-kontropartijiet tagħha jew permezz ta' data tas-suq impliċita minn tali perijodu ta’ kriżi.

Ir-rekwiżiti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu applikati mill-istituzzjoni għal dan il-għan.

Artikolu 292 3.
Istituzzjoni għandha turi, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, mill-inqas kull tliet xhur, li l-perijodu ta’ kriżi użat għall-kalkolu skont dan il-paragrafu jikkoinċidi ma’ perijodu ta’ żieda tad-differenzali ta' swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu jew differenzjali oħra tal-kreditu (bħal għoti ta' self jew bond korporattiva) għal selezzjoni rappreżentattiva tal-kontropartijiet tagħha ma' firxiet tal-kreditu negozjati. F’sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni ma jkollhiex data adegwata dwar il-firxa tal-kreditu għal kontroparti, għandha tabbina dik il-kontroparti ma' data dwar differenzjal tal-kreditu speċifiku bbażata fuq ir-reġjun, il-klassifikazzjoni interna u t-tip ta’ negozju.
Artikolu 292 4.
Il-mudell EPE għall-kontropartijiet kollha għandu juża d-data, jew storika jew impliċita, li tinkludi d-data mill-perijodu taħt kondizzjonijiet ta' kriżi għall-kreditu u għandha tuża tali data b’mod konsistenti mal-metodu użat għall-kalibrazzjoni tal-mudell EPE għad-data attwali.
Artikolu 292 5.
Sabiex tevalwa l-effettività tal-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi tagħha għall-EEPE, l-istituzzjoni għandha toħloq diversi portafolli ta' referenza li huma vulnerabbli għall-fatturi tar-riskju ewlenin li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni. L-iskopertura għal dawn il-portafolli ta' referenza għandha tiġi kkalkulata billi tintuża (a) metodoloġija tal-kondizzjonijiet ta' kriżi, ibbażata fuq valuri tas-suq attwali u parametri tal-mudell kalibrati għall-kondizzjonijiet tas-suq taħt kriżi, u (b) l-iskopertura ġġenerata matul il-perijodu ta’ kriżi, iżda bl-applikazzjoni tal-metodu stabbilit f’din it-Taqsima (il-valur tas-suq fi tmiem il-perijodu ta’ kriżi, il-volatilitajiet, u l-korrelazzjonijiet mill-perijodu ta’ kriżi ta’ 3 snin).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil istituzzjoni sabiex taġġusta l-kalibrazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kriżi jekk l-iskoperturi ta’ dawk il-portafolli ta' referenza jiddevjaw b’mod sostanzjali minn xulxin.

Artikolu 292 6.

Istituzzjoni għandha tissuġġetta l-mudell għal proċess ta’ validazzjoni li huwa artikolat b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjoni. Dan il-proċess ta’ validazzjoni għandu:

(a) 

jispeċifika t-tip ta’ ttestjar meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-mudell u jiġu identifikati l-kondizzjonijiet li skonthom is-suppożizzjonijiet li huma l-bażi tal-mudell ma jkunux adatti u għaldaqstant, jistgħu jirriżultaw f’sottovalutazzjoni tal-EPE;

(b) 

jinkludi analiżi tal-kompletezza tal-mudell.

Artikolu 292 7.

Istituzzjoni għandha tissorvelja r-riskji rilevanti u jkollha proċessi implimentati sabiex taġġusta l-istimi tagħha tal-EEPE meta dawn ir-riskji jsiru sinifikanti. Għall-konformità ma’ dan il-paragrafu, l-istituzzjoni għandha:

(a) 

tidentifika u tiġġestixxi l-iskoperturi tagħha għar-Riskju Speċifiku Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 291(1)(b) u l-iskoperturi għar-Riskju Ġenerali Wrong-Way li jirriżultaw kif speċifikat fl-Artikolu 291(1)(a);

(b) 

għal skoperturi bi profil tar-riskju li jiżdied wara sena, tqabbel fuq bażi regolari l-istima tal-miżura rilevanti tal-iskopertura fuq sena mal-istess miżura tal-iskopertura matul il-ħajja tal-iskopertura;

(c) 

għal skoperturi b’maturità residwa taħt sena, tqabbel fuq bażi regolari il-prezz għas-sostituzzjoni (skopertura attwali) u l-profil tal-iskopertura realizzata, u taħżen data li tkun tippermetti tali tqabbil.

Artikolu 292 8.
Istituzzjoni għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tinkludi transazzjoni f’sett ta’ netting, it-transazzjoni tkun koperta minn kuntratt ta’ netting infurzabbli legalment li jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 7.
Artikolu 292 9.
Istituzzjoni li tuża kollateral sabiex ittaffi s-CCR tagħha għandu jkollha proċeduri interni sabiex tivverifika li, qabel ma tirrikonoxxi l-effett ta’ kollateral fil-kalkoli tagħha, il-kollateral jilħaq l-istandards ta' ċertezza legali speċifikati fil-Kapitolu 4.
Artikolu 292 10.
L-ABE għandha tissorvelja l-medda ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.