+Artikolu 293 1.

Artikolu 293 1.

Istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

għandha tissodisfa r-rekwiżiti kwalitattivi stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5;

(b) 

għandha twettaq programm regolari ta’ ttestjar retrospettiv, li jqabbel il-miżuri tar-riskju ġenerati mill-mudell ma' miżuri tar-riskju realizzati, u l-varjazzjonijiet ipotetiċi bbażati fuq pożizzjonijiet statiċi ma’ miżuri realizzati;

(c) 

għandha twettaq validazzjoni inizjali u analiżi perijodika kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u tal-miżuri tar-riskju ġġenerati minnu. Il-validazzjoni u l-analiżi għandhom ikunu indipendenti mill-iżvilupp tal-mudell;

(d) 

il-korp ta' ġestjoni u l-amministrazzjoni għolja għandhom ikunu involuti fil-proċess tal-kontroll tar-riskji u għandhom jiżguraw li jiġu allokati riżorsi adegwati għall-kontroll tar-riskji tal-kreditu u tar-riskji tal-kreditu tal-kontroparti. F'dan ir-rigward, ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija mill-unità ta’ kontroll tar-riskji indipendenti stabbilita skont l-Artikolu 287(1)(a) għandhom jiġu analizzati minn livell ta' maniġment b'anzjanità u awtorità suffiċjenti sabiex jinforza kemm it-tnaqqis ta' pożizzjonijiet meħuda minn operaturi individwali kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura għar-riskju kumplessiva tal-istituzzjoni;

(e) 

il-mudell intern tal-kalkolu tar-riskji tal-iskopertura għandu jkun integrat fil-proċess ta’ ġestjoni ta’ kuljum tar-riskji tal-istituzzjoni;

(f) 

is-sistema ta’ kalkolu tar-riskji għandha tintuża flimkien ma’ limiti interni tan-negozjar u l-iskoperturi. F’dan ir-rigward, il-limiti tal-iskoperturi għandhom ikunu relatati mal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni b’mod li huwa konsistenti tul iż-żmien u li huwa mifhum sewwa mill-operaturi, mill-funzjoni ta’ kreditu u mill-amministrazzjoni għolja;

(g) 

istituzzjoni għandha tiżgura li s-sistema tal-ġestjoni tar-riskji tagħha hija dokumentata sew. B’mod partikolari, għandha żżomm sett dokumentat ta’ politiki, kontrolli u proċeduri interni rigward l-funzjonament tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji, u l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li jkun hemm konformità ma’ dawn il-politiki;

(h) 

analiżi indipendenti tas-sitema tal-kalkolu tar-riskji għandha titwettaq b’mod regolari fil-proċess tal-verifka interna tal-istituzzjoni stess. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozju kif ukoll tal-unità indipendenti tal-kontroll tar-riskji. Analiżi tal-proċess kumplessiv tal-ġestjoni tar-riskji għandha titwettaq f'intervalli regolari (u mhux inqas minn darba fis-sena) u għandha tindirizza b’mod speċifiku, bħala minimu, l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 288;

(i) 

il-validazzjoni kostanti tal-mudelli tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti, inkluż l-ittestjar retrospettiv, għandha tiġi analizzata b’mod perijodiku minn livell ta’ maniġment b’awtorità biżżejjed sabiex jiddeċiedi dwar l-azzjoni li ser tittieħed sabiex jiġu indirizzati l-punti debboli fil-mudelli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.