+Artikolu 294 Rekwiżiti ta’ validazzjoni
---+Artikolu 294 1.
---+Artikolu 294 2.
---+Artikolu 294 3.

Artikolu 294 Rekwiżiti ta’ validazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 294 1.

Bħala parti mill-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħha, istituzzjoni għandha tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni għandha twettaq ittestjar retrospettiv bl-użu ta’ data storika dwar il-movimenti fil-fatturi tar-riskju tas-suq qabel il-permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283(1). Dak l-ittestjar retrospettiv għandu jikkonsidra numru ta’ perijodi ta’ previżjoni distinti għal mill-inqas sena, fuq medda ta’ dati inizjali diversi u li jkopru medda wiesgħa ta’ kondizzjonijiet tas-suq;

(b) 

l-istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fl-Artikolu 285(1)(b) għandha tivvalida l-mudell tagħha b’mod regolari sabiex tittestja jekk l-iskoperturi attwali realizzati humiex konsistenti mal-previżjoni fil-perijodi marġnali kollha matul sena. Jekk uħud mit-transazzjonijiet fis-sett ta’ netting jkollhom maturità ta’ inqas minn sena, u s-sett ta’ netting ikollu sensittivitajiet ogħla għall-fatturi tar-riskju mingħajr dawn it-transazzjonijiet, dawn għandhom jitqiesu fil-validazzjoni;

(c) 

għandha tittestja retrospettivament il-prestazzjoni tal-mudell tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju rilevanti tal-mudell kif ukoll il-previżjonijiet tal-fatturi tar-riskju tas-suq. Għal transazzjonijiet kollateralizzati, il-perijodi tal-previżjoni kkunsidrati għandhom jinkludu dawk li jirreflettu l-perijodi tipiċi b'riskju ta' marġni applikat f’negozjar kollateralizzat jew b'marġni;

(d) 

jekk il-validazzjoni tal-mudell tindika li l-EPE effettiva hija sottovalutata, l-istituzzjoni għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tindirizza l-impreċiżjoni tal-mudell;

(e) 

għandha tittestja l-mudelli tal-ippreżar użati sabiex tiġi kkalkulata l-iskopertura għas-CCR għal xenarju partikolari ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tas-suq bħala parti mill-proċess tal-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudell. Mudelli ta’ pprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta’ linearità tal-valur tal-opzjoni fir-rigward tal-fatturi tar-riskju tas-suq;

(f) 

il-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-transazzjoni meħtieġa sabiex jiġu aggregati iskoperturi fil-livell tas-sett ta’ netting. Istituzzjoni għandha tivverifika li t-transazzjonijiet huma assenjati għas-sett ta’ netting adatt fi ħdan il-mudell;

(g) 

il-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandu jinkludi l-informazzjoni speċifika għat-transazzjoni sabiex ikopri l-effetti tal-marġinazzjoni. Għandu jqis kemm l-ammont attwali tal-marġni u l-marġni li jkun irid jgħaddi minn kontroparti għall-oħra fil-futur. Tali mudell għandu jikkunsidra n-natura tal-ftehimiet dwar il-marġni li huma unilaterali jew bilaterali, il-frekwenza tas-sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni, il-perijodu b'riskju ta' marġni, il-limitu minimu tal-iskopertura mhux marġinata li l-istituzzjoni lesta taċċetta, u l-ammont ta’ trasferiment minimu. Tali mudell għandu jew jistima l-varjazzjoni fl-ipprezzar skont il-valur fis-suq tal-kollateral depożitat jew japplika r-regoli stabbiliti fil-Kapitolu 4;

(h) 

il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi ttestjar retrospettiv statiku u storiku dwar il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattiva. L-istituzzjoni għandha twettaq tali ttestjar retrospettiv fuq numru ta’ portafolli ta’ kontropartijiet rappreżentattivi li huma attwali jew ipotetiċi f'perijodi regolari. Dawn il-portafolli rappreżentattivi għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tas-sensittività tagħhom għall-fatturi tar-riskju materjali u kombinazzjonijiet ta' fatturi tar-riskju li għalihom hija esposta l-istituzzjoni;

(i) 

istituzzjoni għandha twettaq ittestjar retrospettiv li huwa mfassal biex jittestja s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju rilevanti, inkluża r-relazzjoni mudellata bejn xejriet tal-istess fattur tar-riskju, u r-relazzjonijiet mudellati bejn il-fatturi tar-riskju;

(j) 

il-prestazzjoni tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju tagħha għandhom ikunu soġġetti għal prattika adatta ta’ ttestjar retrospettiv. Il-programm tal-ittestjar retrospettiv għandu jkun kapaċi jidentifika prestazzjoni ħażina fil-miżuri tar-riskju ta’ mudell EPE;

(k) 

istituzzjoni għandha tivvalida l-mudelli tagħha tal-iskopertura għas-CCR u l-miżuri tar-riskju kollha għall-perijodi li jikkorrispondu mal-maturità tat-transazzjonijiet li l-iskopertura għalihom hija kkalkulata permezz tal-IMM skont l-Artikolu 283;

(l) 

istituzzjoni għandha tittestja b’mod regolari l-mudelli tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tal-iskopertura għall-kontroparti kontra punti ta' referiment indipendenti adatt bħala parti mill-proċess kostanti tal-validazzjoni tal-mudell;

(m) 

il-validazzjoni kostanti tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR tal-istituzzjoni u l-miżuri tar-riskju rilevanti għandhom jinkludu valutazzjoni tal-adegwadezza tal-prestazzjoni reċenti;

(n) 

il-frekwenza li biha jiġu aġġornati l-parametri tal-mudell tal-iskopertura għas-CCR għandha tiġi vvalutata minn istituzzjoni bħala parti mill-proċess ta' validazzjoni inizjali u kostanti;

(o) 

il-validazzjoni inizjali u kostanti tal-mudelli tal-iskopertura għas-CCR għandha tivvaluta jekk il-kalkoli tal-iskopertura għall-livell ta' kontroparti u tas-sett ta’ netting humiex xierqa jew le.

Artikolu 294 2.
Miżura li hija aktar konservattiva mill-metrika użata għall-kalkolu tal-valur regolatorju tal-iskopertura għal kull kontroparti tista’ tintuża minflok l-alpha multiplikata bl-EPE Effettiva bil-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti. Il-grad tal-konservattiviżmu relattiv jiġi vvalutat mill-awtoritajiet kompetenti mal-approvazzjoni inizjali u matul l-analiżijiet superviżorji regolari tal-mudelli EPE. Istituzzjoni għandha tivvalida l-konservattiviżmu b’mod regolari. Il-valutazzjoni kostanti tal-prestazzjoni tal-mudell għandha tkopri l-kontropartijiet kollha li għalihom jintużaw il-mudelli.
Artikolu 294 3.
Jekk ittestjar retrospettiv jindika li mudell mhuwiex preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess tagħhom għall-mudell, jew jimponu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-mudell jiġi mtejjeb minnufih.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.