+Artikolu 299 Elementi fil-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 299 1.
---+Artikolu 299 2.

Artikolu 299 Elementi fil-portafoll tan-negozjar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 299 1.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Anness II għandu jinkludi referenza għall-strumenti derivati għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu kif imsemmi fil-punt (8) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE.
Artikolu 299 2.

Meta jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju għar-riskju tal-kontroparti tal-elementi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

▼M8 —————

▼B

(b) 

l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju sstabbilit fl-Artikolu 222 għar-rikonoxximent tal-effetti tal-kollateral finanzjarju;

(c) 

fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ riakkwist u transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti reġistrati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu bħala kollateral eliġibbli l-istrumenti finanzjarji u l-prodotti kollha li huma eliġibbli sabiex jiġi inklużi fil-portafoll tan-negozjar;

(d) 

għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti derivati OTC reġistrati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu prodotti li huma eliġibbli sabiex jiġu inklużi fil-portafoll tan-negozjar bħala kollateral eliġibbli;

(e) 

għall-finijiet tal-kalkolu tal-aġġustamenti għall-volatilità fejn tali strumenti finanzjarji jew prodotti li mhumiex eliġibbli skont il-Kapitolu 4 jiġu msellfa, jinbiegħu jew jiġu provduti, jew jittieħdu b'self, jinxtraw jew jiġu rċevuti bħala kollateral jew b'mod ieħor f’tali transazzjoni, u l-istituzzjoni tkun tuża l-approċċ tal-aġġustamenti Superviżorji għall-volatilità skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw tali strumenti u prodotti bl-istess mod bħal ekwitajiet ta' indiċi mhux ewlieni elenkati f'borża rikonoxxuta;

(f) 

fejn istituzzjoni tkun tuża l-approċċ ta' Stimi Proprji tal-aġġustamenti għall-Volatilità skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji jew prodotti li mhumiex eliġibbli skont il-Kapitolu 4, hija għandha tikkalkula l-aġġustamenti għall-volatilità għal kull element individwali. Fejn istituzzjoni tkun kisbet l-approvazzjoni biex tuża l-Approċċ tal-Mudelli Interni speċifikat fil-Kapitolu 4, tista’ tapplika wkoll dak l-approċċ fil-portafoll tan-negozjar;

(g) 

fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ftehimiet ewlenin ta’ netting li jkopru transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti, jew transazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali, l-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu biss in-netting fost il-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u fil-portafoll mhux tan-negozjar meta t-transazzjonijiet soġġetti għan-netting jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

it-transazzjonijiet kollha huma ppeżati kuljum skont il-valur fis-suq;

(ii) 

kull element meħud b'self, mixtri jew irċevut fit-transazzjonijiet jista’ jiġi rikonoxxut bħala kollateral finanzjarju eliġibbli skont il-Kapitolu 4 mingħajr l-applikazzjoni tal-punti (c) sa (f) ta’ dan il-paragrafu;

(h) 

fejn derivat tal-kreditu inkluż fil-portafoll tan-negozjar jagħmel parti minn hedge intern u l-protezzjoni tal-kreditu hija rikonoxxuta taħt dan ir-Regolament skont l-Artikolu 204, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(i) 

jittrattawh bħallikieku mhemmx riskju tal-kontroparti li ġej mill-pożizzjoni f’dak id-derivat tal-kreditu;

(ii) 

għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti jinkludu, b'mod konsistenti, id-derivati tal-kreditu kollha fil-portafoll tan-negozjar li jagħmlu parti mill-hedges interni jew mixtrija bħala protezzjoni kontra skopertura għas-CCR fejn il-protezzjoni tal-kreditu hija rikonoxxuta bħala eliġibbli skont il-Kapitolu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.