+Artikolu 301 Kamp ta' applikazzjoni materjali
---+Artikolu 301 1.
---+Artikolu 301 2.

Artikolu 301 Kamp ta' applikazzjoni materjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 301 1.

Din it-Taqsima tapplika għall-kuntratti u t-tranżazzjonijiet li ġejjin sakemm ikunu pendenti ma' CCP:

(a) 

il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu;

(b) 

tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' depożiti ggarantiti għalkollox; u

(c) 

tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul.

Din it-Taqsima ma tapplikax għal skoperturi li jirriżultaw mis-saldu ta' tranżazzjonijiet fi flus. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fit-Titolu V għal skoperturi ta' negozju li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet u piż tar-riskju ta' 0 % għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru dawk it-tranżazzjonijiet biss. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw it-trattament stabbilit fl-Artikolu 307 għal kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza li jkopru kwalunkwe kuntratt imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu flimkien mat-tranżazzjonijiet fi flus.

Artikolu 301 2.

Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-marġni inizjali ma għandux jinkludi kontribuzzjonijiet għal CCP għal arranġamenti tal-kondiviżjoni tat-telf mutwalizzat;

(b) 

il-marġni inizjali għandu jinkludi kollateral depożitat minn istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew minn klijent li jisboq l-ammont minimu meħtieġ rispettivament mis-CCP jew mill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar, sakemm is-CCP jew l-istituzzjoni li taġixxi bħala l-membru tal-ikklerjar tista', f'każijiet xierqa, twaqqaf lill-istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar jew il-klijent milli tirtira tali kollateral eċċessiv;

(c) 

meta CCP tuża l-marġni inizjali biex timmutwalizza t-telf fost il-membri tal-ikklerjar tagħha, l-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar għandhom jittrattaw dak il-marġni inizjali bħala kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.