+Artikolu 316 Kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali
---+Artikolu 316 1.
---+Artikolu 316 2.
---+Artikolu 316 3.

Artikolu 316 Kalkolu tat-telf annwali mir-riskju operazzjonali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 316 1.
L-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju ugwali għal jew ogħla minn EUR 750 miljun għandhom jikkalkulaw it-telf annwali mir-riskju operazzjonali tagħhom bħala s-somma tat-telf nett kollu fuq sena finanzjarja partikolari, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 318(1), li huwa daqs jew jaqbeż il-limiti tad-data dwar it-telf stabbiliti fl-Artikolu 319(1) jew (2).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjoni mir-rekwiżit li jiġi kkalkulat telf annwali mir-riskju operazzjonali lill-istituzzjonijiet b'indikatur tan-negozju li ma jaqbiżx il-EUR 1 biljun, dment li l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li jkun ta' piż bla bżonn għall-istituzzjoni li tapplika l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 316 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-indikatur tan-negozju rilevanti għandu jkun l-ogħla valur tal-indikatur tan-negozju li l-istituzzjoni tkun irrapportat fl-aħħar tmien dati ta' referenza tar-rapportar. Istituzzjoni li tkun għadha ma rrapportatx l-indikatur tan-negozju tagħha għandha tuża l-aktar indikatur tan-negozju reċenti tagħha.
Artikolu 316 3.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjoni ta' piż bla bżonn għall-finijiet tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.