+Artikolu 325a Kundizzjonijiet għall-użu tal-approċċ standardizzat simplifikat
---+Artikolu 325a 1.
---+Artikolu 325a 2.
---+Artikolu 325a 3.
---+Artikolu 325a 4.
---+Artikolu 325a 5.
---+Artikolu 325a 6.
---+Artikolu 325a 7.

Artikolu 325a Kundizzjonijiet għall-użu tal-approċċ standardizzat simplifikat

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325a 1.

►M17  Istituzzjoni tista' tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ standardizzat simplifikat imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), dment li d-daqs tan-negozju li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun daqs jew anqas minn kull wieħed mil-limiti li ġejjin, fuq il-bażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar bl-użu ta' data mill-aħħar jum tax-xahar: ◄

(a) 

10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;

(b) 

EUR 500 miljun.

Artikolu 325a 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju tagħhom fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ li huwasoġġett għar-riskji tas-suq bl-użu tad-data sal-aħħar ġurnata ta' kull xahar f'konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-portafoll tan-negozjar għandhom ikunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar u tat-tranżazzjonijiet ta' derivattivi ta' kreditu li jpaċu perfettament għar-riskju tas-suq tal-iħħeġġjar intern kif imsemmi fl-Artikolu 106(3);

▼M17

(b) 

il-pożizzjonijiet kollha tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet għandhom jiġu inklużi, ħlief dawk il-pożizzjonijiet li huma esklużi mill-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kambju f'konformità mal-Artikolu 104c jew li jitnaqqsu mill-fondi proprji tal-istituzzjonijiet;

▼C8

(c) 

il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f’dik id-data, ħlief il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (b); meta l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunx disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu valur ġust għall-pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar f’dik id-data; meta l-valur ġust u l-valur tas-suq ta’ pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar ma jkunux disponibbli f’data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;

▼M8

(d) 

il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskju tal-kambju għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożizzjoni tal-kambju netta globali u stmati f'konformità mal-Artikolu 352;

(e) 

il-pożizzjonijiet kollha fil-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għar-riskji tal-komoditajiet għandhom jiġu stmati skont l-Artikoli 357 u 358;

▼M17

(f) 

l-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-tifsira ta' pożizzjonijiet twal u qosra hija l-istess bħat-tifsira stabbilita fl-Artikolu 94(3).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu.

Artikolu 325a 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jikkalkulaw, jew jieqfu jikkalkulaw, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 325a 4.
Istituzzjoni li ma tissodisfax waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
Artikolu 325a 5.

►M17  L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), fi żmien tliet xhur minn wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin: ◄

(a) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal tliet xhur konsekuttivi; jew

(b) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjoni stipulata fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 għal aktar minn 6 xhur mill-aħħar 12-il xahar.

Artikolu 325a 6.
Istituzzjoni li tkun waqfet tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża l-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (c), għandha tkun permessa biss li tibda tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq billi tuża dak l-approċċ meta turi lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ikunu ġew issodisfati għal perjodu mingħajr interruzzjoni ta' sena.
Artikolu 325a 7.
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi, jixtru jew ibigħu pożizzjoni biss bl-iskop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.