+Artikolu 325i Trattament ta’ strumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra
---+Artikolu 325i 1.
---+Artikolu 325i 2.
---+Artikolu 325i 3.
---+Artikolu 325i 4.
---+Artikolu 325i 5.
---+Artikolu 325i 6.

Artikolu 325i Trattament ta’ strumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325i 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ look-through għall-istrumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra skont dan li ġej:

(a) 

għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji; għar-riskju delta u ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu li huma detenturi ta’ pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti multisottostanti oħra, ħlief għal pożizzjoni f’indiċi inkluż fl-ACTP li għalih għandhom jikkalkulaw sensittività unika għall-indiċi;

(b) 

l-istituzzjonijiet huma permessi li jinnettjaw is-sensittivitajiet għal fattur tar-riskju ta’ kostitwent partikolari ta’ strument indiċi jew strument ieħor multisottostanti bis-sensittivitajiet għall-istess fattur ta’ riskju tal-istess kostitwent ta’ strumenti b’isem uniku, ħlief għall-pożizzjonijiet inklużi fl-ACTP;

(c) 

għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju vega, l-istituzzjonijiet jistgħu jew jikkunsidraw li huma detenturi tal-pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti sottostanti oħra, jew jikkalkulaw sensittività unika għas-sottostanti ta’ dak l-istrument. F’dan il-każ tal-aħħar, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:

(i) 

meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi jkunu mmappjati fl-istess bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività għal dak il-bucket u jittrattawha bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;

(ii) 

fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-indiċi tal-bucket rilevanti.

Artikolu 325i 2.

Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw sensittività unika għal pożizzjoni f’indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u ta’ kurvatura dment li l-indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. F’dak il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:

(a) 

meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi kwotat, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi kwotat ikunu mmappjati fl-istess bucket, dik is-sensittività għandha tiġi assenjata għal dak il-bucket u trattata bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;

(b) 

fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-bucket tal-indiċi kwotat rilevanti.

Artikolu 325i 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-kostitwenti tal-indiċi kwotat u l-piżijiet rispettivi f’dak l-indiċi huma magħrufa;

(b) 

l-indiċi kwotat ikun fih minn tal-anqas 20 kostitwent;

(c) 

l-ebda kostitwent uniku li jkun jinsab fl-indiċi kwotat ma jkun jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;

(d) 

l-ebda sett li jkun jikkonsisti minn wieħed minn għaxra tal-għadd totali tal-kostitwenti tal-indiċi kwotat, aġġustat ’il fuq san-numru sħiħ li jkun imiss, ma jkun jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;

(e) 

il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-kostitwenti kollha f’daqqa tal-indiċi kwotat ma tkunx anqas minn EUR 40 biljun.

Artikolu 325i 4.
Istituzzjoni għandha tuża biss, b’mod konsistenti maż-żmien, l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1 jew l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti kollha li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. Istituzzjoni għandu jkollha l-permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti qabel ma taqleb minn approċċ għall-ieħor.
Artikolu 325i 5.
Għal strument indiċi jew multisottostanti ieħor, l-inputs tas-sensittività għall-ikkalkular tar-riskju delta u ta’ kurvatura għandhom ikunu konsistenti, irrispettivament mill-approċċi użati għal dak l-istrument.
Artikolu 325i 6.
L-istrumenti indiċi jew multisottostanti li jġorru magħhom riskji residwi oħra kif imsemmija fl-Artikolu 325u(5) għandhom ikunu soġġetti għas-suppliment tar-riskju residwu msemmi fit-Taqsima 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.