+Artikolu 325k Pożizzjonijiet sottoskritti
---+Artikolu 325k 1.
---+Artikolu 325k 2.
---+Artikolu 325k 3.

Artikolu 325k Pożizzjonijiet sottoskritti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325k 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjonijiet sottoskritti ta' strumenti ta' dejn jew ta' ekwità.
Artikolu 325k 2.

L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw wieħed mill-fatturi multiplikanti xierqa elenkati fit-Tabella 1 għas-sensittivitajiet netti tal-pożizzjonijiet sottoskritti kollha f'kull emittent individwali, bl-esklużjoni tal-pożizzjonijiet sottoskritti li huma sottoskritti jew sotto-sottoskritti minn partijiet terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet formali, u jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu fuq il-bażi tas-sensittivitajiet netti aġġustati.



Tabella 1

Ġurnata tax-xogħol 0

0 %

Ġurnata tax-xogħol 1

10 %

Ġranet tax-xogħol 2 u 3

25 %

Ġurnata tax-xogħol 4

50 %

Ġurnata tax-xogħol 5

75 %

Wara l-ġurnata tax-xogħol 5

100 %

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “ġurnata tax-xogħol 0” tfisser il-ġurnata tax-xogħol li fiha l-istituzzjoni tieħu l-impenn mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta' titoli bi prezz miftiehem.

Artikolu 325k 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-applikazzjoni tal-proċess stabbilit f'dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.