+Artikolu 325x Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
---+Artikolu 325x 1.
---+Artikolu 325x 2.
---+Artikolu 325x 3.
---+Artikolu 325x 4.
---+Artikolu 325x 5.

Artikolu 325x Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325x 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti netti ta' JTD billi jpaċu l-ammonti grossi ta' JTD ta' skoperturi qosra u skoperturi twal. It-tpaċija għandha tkun possibbli bejn skoperturi għall-istess obbligant meta l-iskoperturi qosra jkollhom l-istess superjorità bħal, jew superjorità iktar baxxa, l-iskoperturi twal.
Artikolu 325x 2.

It-tpaċija għandha tkun sħiħa jew parzjali skont il-maturitajiet tal-iskoperturi ta' tpaċija:

(a) 

it-tpaċija għandha tkun sħiħa meta l-iskoperturi kollha ta' tpaċija jkollhom maturitajiet ta' sena jew iktar.

(b) 

it-tpaċija għandha tkun parzjali meta tal-inqas waħda mill-iskoperturi ta' tpaċija jkollha maturità ta' inqas minn sena, f'liema każ, id-daqs tal-ammont ta' JTD ta' kull skopertura b'maturità ta' inqas minn sena għandu jiġi multiplikat bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena.

Artikolu 325x 3.
Meta t-tpaċija ma tkunx possibbli l-ammonti grossi ta' JTD għandhom ikunu ugwali għall-ammonti netti ta' JTD fil-każ ta' skoperturi b'maturitajiet ta' sena jew iktar. L-ammonti grossi ta' JTD b'maturitajiet ta' inqas minn sena għandhom jiġu multiplikati bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena, b'minimu ta' tliet xhur, biex jiġu kkalkulati l-ammonti netti ta' JTD.
Artikolu 325x 4.
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, pjuttost għandhom jiġu kkunsidrati l-maturitajiet tal-kuntratti tad-derivattivi milli dawk tas-sottostanti tagħhom. L-iskoperturi għall-ekwità ta' flus għandhom jiġu assenjati maturità ta' sena jew ta' tliet xhur, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni.
Artikolu 325x 5.
Meta t-termini kuntrattwali jew legali ta' pożizzjoni tad-derivattivi li jkollha strument ta' dejn jew ta' flus ta' ekwità bħala sottostanti, u ħħeġġjati b'dak l-istrument ta' dejn jew ta' flus ta' ekwità, jippermettu lil istituzzjoni tagħlaq iż-żewġ komponenti ta' dik il-pożizzjoni fiż-żmien tal-iskadenza tal-ewwel li jimmatura miż-żewġ komponenti mingħajr ebda skopertura għar-riskju ta' inadempjenza tas-sottostanti, l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata tal-pożizzjoni kkombinata għandu jiġi stabbilit għal żero.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.