+Artikolu 325av Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
---+Artikolu 325av 1.
---+Artikolu 325av 2.
---+Artikolu 325av 3.
---+Artikolu 325av 4.
---+Artikolu 325av 5.
|
Artikolu 325av Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325av 1.
|
Għandu jiġi applikat piż tar-riskju ta’ 15 % għas-sensittivitajiet kollha tal-fatturi tar-riskju tal-kambju.
|
|
Artikolu 325av 2.
|
Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu komposti mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II) għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, diviża bi 3;
(b)
il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha mill-Istati Membri u l-Bank Ċentrali Ewropew, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni hija idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni definita skont l-ERM II.
|
|
Artikolu 325av 3.
|
Minkejja l-paragrafu 2, il-ponderazzjoni tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija fil-paragrafu 2 li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni li formalment intlaħaq qbil dwarha idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandha tkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'din il-faxxa idjaq.
|
|
Artikolu 325av 4.
|
Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti akkoppjati kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bd(7) għandha tkun il-ponderazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu diviża bi √2.
|
|
Artikolu 325av 5.
|
Fejn id-data ta' kuljum dwar ir-rata tal-kambju għat-tliet snin preċedenti turi li muniti akkoppjati magħmula mill-euro u munita li ma tkunx l-euro ta' Stat Membru jkunu kostanti u li l-istituzzjoni hija dejjem kapaċi tiffaċċa firxa offerta/talba ta' żero fuq in-negozju rispettiv relatat ma' dawk il-muniti akkoppjati, l-istituzzjoni tista' tapplika l-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1 diviż bi 2, sakemm din għandha l-permess espliċitu mill-awtorità kompetenti tagħha biex tagħmel dan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|