+Artikolu 325bc Kalkoli tan-nuqqas parzjali mistenni
---+Artikolu 325bc 1.
---+Artikolu 325bc 2.
---+Artikolu 325bc 3.
---+Artikolu 325bc 4.
---+Artikolu 325bc 5.
---+Artikolu 325bc 6.
|
Artikolu 325bc Kalkoli tan-nuqqas parzjali mistenni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bc 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-miżuri kollha tan-nuqqasijiet parzjali mistennija msemmija fl-Artikolu 325bb(1) kif ġej:
(a)
kalkoli ta' kuljum tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija;
(b)
intervall ta' fiduċja unilaterali tas-97,5 perċentil;
(c)
▼C8
għal portafoll partikolari ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u ta’ pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien “t” f’konformità mal-formula li ġejja:
▼M8
fejn:
|
PESt
|
=
|
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni fiż-żmien t;
|
|
j
|
=
|
l-indiċi li jindika l-ħames perijodi ta' likwidità elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1;
|
|
LHj
|
=
|
it-tul tal-perijodi ta' likwidità j kif espressi fi ġranet fit-Tabella 1;
|
|
T
|
=
|
il-perijodu ta' żmien bażi, fejn T= 10 ijiem;
|
|
PESt(T)
|
=
|
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li hija determinata bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perijodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull miżura tan-nuqqas parzjali mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb(1); u
|
|
PESt(T, j)
|
=
|
il-miżura tan-nuqqas parzjali mistenni li hija determinata bl-applikazzjoni ta' xenarji ta' xokkijiet futuri b'perijodu ta' żmien ta' 10 ijiem biss għas-sett speċifiku ta' fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 għal kull miżura tan-nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb(1) u li l-perijodu ta' likwidità effettiv tagħha, kif determinat f'konformità mal-Artikolu 325bd(2), huwa ugwali għal jew itwal minn LHj.
Tabella 1
|
Perijodu ta' likwidità j
|
Tul tal-perijodu ta' likwidità j
(fi ġranet)
|
|
1
|
10
|
|
2
|
20
|
|
3
|
40
|
|
4
|
60
|
|
5
|
120
|
|
|
|
Artikolu 325bc 2.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqas parzjali mistenni
u
imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
fil-kalkolu tal-
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għal subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll li jkun intgħażel mill-istituzzjoni, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex il-kondizzjoni li ġejja tiġi sodisfatta bis-somma meħuda mis-60 ġurnata tax-xogħol preċedenti:
Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha u għandha taġġorna s-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli fi żmien ġimagħtejn sabiex tissodisfa dak ir-rekwiżit; meta, wara ġimagħtejn, dik l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa dak ir-rekwiżit, l-istituzzjoni għandha tmur lura għall-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għal xi postijiet tan-negozjar, sakemm dik l-istituzzjoni tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti li qed tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt;
(b)
fil-kalkolu tal-
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll magħżul mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (a) ta' dan il-paragrafu u li jkunu ġew ikklassifikati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd;
(c)
l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika minn perijodu kontinwu ta' 12-il xahar ta' stress finanzjarju li għandu jiġi identifikat mill-istituzzjoni sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-
. Għall-fini tal-identifikazzjoni ta' dak il-perijodu ta' stress, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw perijodu ta' osservazzjoni li jibda mill-inqas mill-1 ta' Jannar 2007, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti; u
(d)
l-inputs tad-data tal-
għandhom jiġu kkalibrati għall-perijodu ta' stress ta' 12-il xahar li jkun ġie identifikat mill-istituzzjoni għall-finijiet tal-punt (c).
|
|
Artikolu 325bc 3.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija
u
imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
fil-kalkolu tal-
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli tal-pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2;
(b)
fil-kalkolu tal-
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw biss xenarji ta' xokkijiet futuri għas-subsett ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' pożizzjonijiet fil-portafoll imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;
(c)
l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu kkalibrati għal data storika msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4. Dik id-data għandha tiġi aġġornata mill-inqas fuq bażi ta' kull xahar.
|
|
Artikolu 325bc 4.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-miżuri tan-nuqqasijiet parzjali mistennija
u
imsemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
fil-kalkolu tal-
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha tal-pożizzjonijiet fil-portafoll;
(b)
fil-kalkolu tal-
, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mudellabbli kollha ta' pożizzjonijiet fil-portafoll li jkunu ġew ikklassifikati għall-kategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju i f'konformità mal-Artikolu 325bd;
(c)
l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkalibrati għad-data storika mill-perijodu ta' 12-il xahar preċedenti; meta jkun hemm żieda f'daqqa sinifikanti fil-volatilità tal-prezz ta' numru materjali ta' fatturi ta' riskju mudellabbli ta' portafoll ta' istituzzjoni li mhumiex fis-subsett tal-fatturi ta' riskju msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu istituzzjoni tuża data storika għal perijodu iqsar mit-12-il xahar preċedenti, iżda tali perijodu iqsar m'għandux ikun iqsar mis-sitt xhur preċedenti; l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE bi kwalunkwe deċiżjoni li teħtieġ li istituzzjoni tuża data storika minn perijodu iqsar minn 12-il xahar u għandhom jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 325bc 5.
|
Għall-kalkolu ta' miżura partikolari ta' nuqqas parzjali mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb(1), l-istituzzjonijiet għandhom iżommu l-valuri tal-fatturi ta' riskju mudellabbli li għalihom ma kinux meħtieġa li japplikaw xenarji ta' xokkijiet futuri għal dik il-miżura ta' nuqqas parzjali mistenni skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 325bc 6.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji għall-użu tal-inputs tad-data fil-mudell tal-kalkolu tar-riskju msemmi f'dan l-Artikolu, inkluż kriterji dwar l-akkuratezza tad-data u kriterji dwar il-kalibrazzjoni tal-inputs tad-data fejn id-data tas-suq ma tkunx biżżejjed. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|