+Artikolu 325be Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju
---+Artikolu 325be 1.
---+Artikolu 325be 1a.
---+Artikolu 325be 2.
---+Artikolu 325be 2a.
---+Artikolu 325be 3.
|
Artikolu 325be Valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325be 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw, il-mudellabbiltà tal-fatturi kollha ta' riskju tal-pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet ta' negozjar li għalihom ikunu ngħataw il-permess imsemmi fl-Artikolu 325az(2) jew ikunu fil-proċess li jingħataw dak il-permess. Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet jużaw data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi.
|
|
Artikolu 325be 1a.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li istituzzjoni tqis mhux mudellabbli fattur tar-riskju li jkun ġie vvalutat bħala mudellabbli mill-istituzzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta l-inputs tad-data użati biex jiġu ddeterminati x-xenarji ta' xokkijiet futuri applikati għall-fattur tar-riskju ma jissodisfawx, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 325bc(6).
|
|
Artikolu 325be 2.
|
Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-Artikolu 325bk għal dawk il-fatturi ta' riskju li mhumiex mudellabbli.
|
|
Artikolu 325be 2a.
|
F'ċirkostanzi straordinarji, li jseħħu matul perjodi ta' tnaqqis sinifikanti f'ċerti attivitajiet ta' negozjar fis-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu jikkunsidraw bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli minn dawk l-istituzzjonijiet f'konformità mal-paragrafu 1, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-fatturi tar-riskju soġġetti għat-trattament jikkorrispondu għall-attivitajiet ta' negozjar li jitnaqqsu b'mod sinifikanti fis-swieq finanzjarji;
(b)
it-trattament jiġi applikat temporanjament, u mhux għal aktar minn sitt xhur fi żmien sena finanzjarja waħda;
(c)
it-trattament ma jnaqqasx b'mod sinifikanti r-rekwiżiti totali ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-istituzzjonijiet li japplikawh;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw minnufih lill-EBA bi kwalunkwe deċiżjoni li tippermetti lill-istituzzjonijiet japplikaw l-approċċ stabbilit f'dan il-Kapitolu biex iqisu bħala mudellabbli fatturi tar-riskju li ġew ivvalutati bħala mhux mudellabbli, kif ukoll tal-attivitajiet tan-negozjar ikkonċernati, u jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 325be 3.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji sabiex tiġi vvalutata l-mudellabbiltà ta' fatturi tar-riskju f'konformità mal-paragrafu 1, inkluż meta tintuża d-data tas-suq ipprovduta minn bejjiegħa terzi, u l-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|