+Artikolu 325bh Rekwiżiti għall-kejl tar-riskju
---+Artikolu 325bh 1.
---+Artikolu 325bh 2.
|
Artikolu 325bh Rekwiżiti għall-kejl tar-riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bh 1.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw mudell intern għall-kalkolu tar-riskju li jintuża għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 325ba għandhom jiżguraw li dak il-mudell jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri numru biżżejjed ta' fatturi ta' riskju, li għandhom jinkludu tal-inqas il-fatturi ta' riskju msemmija fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1a sakemm l-istituzzjoni ma turix lill-awtoritajiet kompetenti li l-ommissjoni ta' dawk il-fatturi ta' riskju m'għandhiex impatt materjali fuq ir-riżultati tar-rekwiżit tal-attribuzzjoni P&L imsemmi fl-Artikolu 325bg; istituzzjoni għandha tkun tista' tispjega lill-awtoritajiet kompetenti għaliex tkun inkorporat fattur tar-riskju fil-mudell tal-ipprezzar tagħha iżda mhux fil-mudell tal-kejl tar-riskji intern tagħha;
(b)
il-mudell għall-kalkolu tar-riskju intern għandu jkopri nonlinearitajiet għal opzjonijiet u prodotti oħra kif ukoll ir-riskju tal-korrelazzjoni u r-riskju tal-bażi;
(c)
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jinkludi sett ta' fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati tal-imgħax f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax li jidhru jew li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; l-istituzzjoni għandha timmudella l-kurvi tar-rendiment permezz ta' wieħed mill-approċċi ġeneralment aċċettati; il-kurva tar-rendiment għandha tinqasam f'diversi segmenti ta' maturità biex tkopri l-varjazzjonijiet ta' volatilità tar-rati tul il-kurva tar-rendiment; għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rata tal-imgħax fil-muniti u s-swieq ewlenin, il-kurva tar-rendiment għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' mill-inqas sitt segmenti ta' maturità, u l-għadd ta' fatturi tar-riskju li jintużaw biex jimmudellaw il-kurvi tar-rendiment għandu jkun proporzjonat man-natura u l-kumplessità tal-istrateġiji ta' negozjar tal-istituzzjoni; il-mudell għandu jkopri wkoll il-firxa tar-riskju ta' movimenti korrelatati mhux b'mod perfett bejn kurvi tar-rendiment differenti jew strumenti finanzjarji differenti fl-istess emittent sottostanti;
▼M17
(d)
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jiġbor fih il-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għad-deheb u għall-muniti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet tal-istituzzjoni; għas-CIUs, għandhom jiġu kkunsidrati l-pożizzjonijiet reali tal-kambju tas-CIU; l-istituzzjonijiet jistgħu joqogħdu fuq rappurtar magħmul minn partijiet terzi dwar il-pożizzjoni tal-kambju tas-CIU, sakemm il-korrettezza ta' dak ir-rapport tkun żgurata b'mod adegwat;
▼M8
(e)
is-sofistikazzjoni tat-teknika tal-immudellar għandha tkun proporzjonata mal-materjalità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fis-swieq tal-ekwità; il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur tar-riskju separat mill-inqas għal kull wieħed mis-swieq tal-ekwità li fihom l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti u mill-inqas fattur tar-riskju wieħed li jkopri movimenti sistemiċi fil-prezzijiet tal-ekwità u d-dipendenza ta' dak il-fattur tar-riskju fuq il-fatturi tar-riskju individwali għal kull suq tal-ekwità;
(f)
il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu juża fattur ta' riskju separat tal-inqas għal kull komodità li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti, sakemm l-istituzzjoni ma jkollhiex pożizzjoni aggregata żgħira fil-komodità meta mqabbla mal-attivitajiet tan-negozjar kollha tagħha, f'liema każ tista' tuża fattur ta' riskju separat għal kull tip wiesa' ta' komodità; għal skoperturi materjali għas-swieq tal-komoditajiet; il-mudell għandu jkopri r-riskju ta' movimenti mhux perfettament korrelatati bejn komoditajiet li huma simili, iżda mhux identiċi, l-iskopertura għall-bidliet fil-prezzijiet forward li jirriżultaw minn diskrepanzi fil-maturità, u l-kurva tal-konvenjenza bejn pożizzjonijiet ta' derivattivi u ta' flus;
(g)
l-indikaturi użati għandhom juru prova ta' rekord tajba għall-pożizzjoni reali miżmuma, għandhom ikunu konservattivi b'mod adatt u għandhom jintużaw biss meta d-data disponibbli ma tkunx biżżejjed, bħal matul il-perijodu ta' stress imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 325bc(2);
(h)
għal skoperturi materjali għal riskji ta' volatilità fi strumenti b'opzjonalità, il-mudell tal-kejl tar-riskju intern għandu jkopri d-dipendenza tal-volatilitajiet implikati fil-prezzijiet tal-eżerċitar u fil-maturitajiet tal-opzjonijiet;
▼M17
(i)
għal pożizzjonijiet f'CIUs, l-istituzzjonijiet għandhom iħarsu lejn il-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIUs tal-anqas kull ġimgħa sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom f'konformità ma' dan il-Kapitolu; fejn l-approċċ ta' trasparenza jitwettaq kull ġimgħa, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jimmonitorjaw ir-riskji li jirriżultaw minn bidliet sinifikanti fil-kompożizzjoni tas-CIU; l-istituzzjonijiet li ma għandhomx inputs tad-data jew informazzjoni adegwata sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' pożizzjoni ta' CIU f'konformità mal-approċċ ta' trasparenza jistgħu jiddependu fuq parti terza biex tikseb dawk l-inputs tad-data jew l-informazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
il-parti terza tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(1)
l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja tas-CIU, dment li s-CIU tinvesti b'mod esklużiv f'titoli u tiddepożita t-titoli kollha f'dik l-istituzzjoni depożitarja jew l-istituzzjoni depożitarja finanzjarja;
(2)
il-kumpanija maniġerjali tas-CIU, dment li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3), il-punt (a);
(3)
bejjiegħ terz bil-kundizzjoni li d-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju jiġu pprovduti jew ikkalkulati mill-partijiet terzi msemmija fil-punt (1) jew (2) ta' dan il-punt jew bejjiegħ terz ieħor bħal dan;
(ii)
il-parti terza tipprovdi lill-istituzzjoni bid-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni tas-CIU f'konformità mal-approċċ ta' trasparenza msemmi fl-ewwel subparagrafu;
(iii)
awditur estern tal-istituzzjoni jkun ikkonferma l-adegwatezza tad-data, l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju tal-parti terza msemmija fil-punt (ii) u l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni jkollha aċċess mhux ristrett għal dik id-data,l-informazzjoni jew il-metriċi tar-riskju fuq talba.
|
|
Artikolu 325bh 2.
|
Istituzzjoni tista' tuża korrelazzjonijiet empiriċi f'kategoriji wiesgħa ta' fatturi tar-riskju u, għall-fini tal-kalkolu tal-kejl mhux ristrett tan-nuqqas mistenni tal-UESt kif imsemmi fl-Artikolu 325bb(1) f'kategoriji wiesgħa ta' fatturi tar-riskju biss fejn l-approċċ tal-istituzzjoni għall-kejl ta' dawk il-korrelazzjonijiet ikun tajjeb, konsistenti mal-perjodi ta' likwidità applikabbli jew, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, mal-perjodu ta' żmien bażi ta' 10 ijiem stabbiliti fl-Artikolu 325bc(1) u implimentat b'integrità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|