+Artikolu 325bi Rekwiżiti kwalitattivi
---+Artikolu 325bi 1.
---+Artikolu 325bi 2.
---+Artikolu 325bi 3.
|
Artikolu 325bi Rekwiżiti kwalitattivi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bi 1.
|
Kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandu jkun kunċettwalment validu, għandu jkun ikkalkulat u implimentat b'integrità, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
(a)
kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju tas-suq għandu jkun integrat mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni tar-riskji ta' kuljum tal-istituzzjoni u għandu jservi bħala bażi għar-rappurtar tal-iskoperturi għar-riskju lill-maniġment superjuri;
▼M17
(b)
istituzzjoni għandu jkollha unità għall-kontroll tar-riskji li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozjar kummerċjali u li tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; dik l-unità għandha:
(i)
tkun responsabbli għat-tfassil u għall-implimentazzjoni ta' kwalunkwe mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu;
(ii)
tkun responsabbli għas-sistema ġenerali ta' ġestjoni tar-riskju;
(iii)
tipproduċi u tanalizza rapporti ta' kuljum dwar l-output ta' kwalunkwe mudell intern użat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq, u dwar l-adegwatezza tal-miżuri li għandhom jittieħdu rigward il-limiti tan-negozjar;
▼M8
(c)
il-korp tal-ġestjoni u l-maniġment superjuri għandhom ikunu involuti attivament fil-proċess ta' kontroll tar-riskji, u r-rapporti ta' kuljum magħmulin mill-unità għall-kontroll tar-riskji għandhom jiġu analizzati f'livell ta' maniġment b'awtorità suffiċjenti biex jeħtieġ it-tnaqqis fil-pożizzjonijiet li jittieħdu minn operaturi individwali u biex jeħtieġ it-tnaqqis tal-iskopertura kumplessiva għar-riskju tal-istituzzjoni;
(d)
l-istituzzjoni għandu jkollha numru suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li huwa adatt għas-sofistikazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern, u numru suffiċjenti ta' persunal b'ħiliet fin-negozjar, fil-kontroll tar-riskji, fil-verifika u fl-oqsma tal-back office;
(e)
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ sett dokumentat ta' politiki interni, proċeduri u kontrolli għall-monitoraġġ u sabiex tiżgura l-konformità mal-operat kumplessiv ta' mudelli tal-kejl tar-riskju intern tagħha;
(f)
kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern, inkluż kwalunkwe mudell ta' pprezzar, għandu jkollu prova ta' rekord li huwa preċiż b'mod raġonevoli fil-kejl tar-riskji u ma għandux ivarja b'mod sinifikanti mill-mudelli li l-istituzzjoni tuża għall-ġestjoni interna tar-riskju tagħha;
(g)
l-istituzzjoni għandha twettaq b'mod frekwenti programmi rigorużi ta' ttestjar tal-istress, inkluż testijiet tal-istress bl-invers, li għandu jinkludi kwalunkwe mudell għall-kejl tar-riskju intern; ir-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress għandhom jiġu analizzati mill-maniġment superjuri tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar u għandhom jikkonformaw mal-politiki u l-limiti approvati mill-korp ta' ġestjoni; l-istituzzjoni għandha tieħu azzjonijiet adatti meta r-riżultati ta' dawk it-testijiet tal-istress juru telf eċċessiv li jirriżulta min-negozju tan-negozjar tal-istituzzjoni taħt ċerti ċirkostanzi;
(h)
l-istituzzjoni għandha twettaq analiżi indipendenti ta' mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, bħala parti mill-proċess ta' awditjar intern regolari tagħha, jew billi jingħata mandat lil impriża ta' parti terza biex twettaq dik l-analiżi, li għandha titwettaq għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti.
Unità ta' validazzjoni, li tkun separata mill-unità ta' kontroll tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandha twettaq il-validazzjoni inizjali u kontinwa ta' kwalunkwe mudell intern ta' kalkolu tar-riskju użat fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Għall-finijiet tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, impriża ta' parti terza tfisser impriża li tipprovdi servizzi ta' awditjar jew ta' konsulenza lil istituzzjonijiet u li għandha persunal li għandu biżżejjed ħiliet fil-qasam tar-riskju tas-suq fl-attivitajiet tan-negozjar.
|
|
Artikolu 325bi 2.
|
L-analiżi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet ta' negozjar kummerċjali kif ukoll l-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji. L-istituzzjoni għandha twettaq analiżi tal-proċess ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tagħha mill-inqas darba fis-sena. Dik l-analiżi għandha tivvaluta dan li ġej:
(a)
l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskji u l-organizzazzjoni tal-unità għall-kontroll tar-riskji;
(b)
l-integrazzjoni tal-kalkolu tar-riskju fil-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji u l-integrità tas-sistema ta' informazzjoni ta' ġestjoni;
(c)
il-proċessi li tuża l-istituzzjoni sabiex tapprova l-mudelli ta' pprezzar tar-riskju u s-sistemi ta' valutazzjoni li jintużaw mill-persunal tal-uffiċċji prinċipali u tal-back office;
(d)
il-kamp ta' applikazzjoni tar-riskji koperti mill-mudell, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju, u l-validazzjoni ta' kwalunkwe bidla sinifikanti fil-mudell tal-kejl tar-riskju intern;
(e)
il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data dwar il-pożizzjoni, il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, il-preċiżjoni tal-valutazzjoni u l-kalkoli tas-sensittività għar-riskji, u l-preċiżjoni u l-adegwatezza għall-ġenerazzjoni ta' indikaturi tad-data fejn id-data disponibbli mhix biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżit stabbilit f'dan il-Kapitolu;
(f)
il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa l-konsistenza, il-prontezza u l-affidabbiltà tas-sorsi tad-data użati sabiex joperaw kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern tagħha, inkluż l-indipendenza ta' dawk is-sorsi tad-data;
(g)
il-proċess ta' verifika li l-istituzzjoni tuża sabiex tevalwa r-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni P&L li jitwettqu sabiex tiġi valutata l-preċiżjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju interni tagħha;
(h)
meta l-analiżi titwettaq minn impriża ta' parti terza f'konformità mal-punt (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-verifika li l-proċess ta' validazzjoni interna stabbilit fl-Artikolu 325bj jissodisfa l-objettivi tiegħu.
|
|
Artikolu 325bi 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw it-tekniki u l-prattiki li jużaw għal kwalunkwe mill-mudelli tal-kejl tar-riskju interni użati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-evoluzzjoni ta' tekniki ġodda u l-aħjar prattiki li jiżviluppaw fir-rigward ta' dawk il-mudelli tal-kejl tar-riskju interni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|