+Artikolu 332 Derivati tal-kreditu
---+Artikolu 332 1.
---+Artikolu 332 2.
---+Artikolu 332 3.
|
Artikolu 332 Derivati tal-kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 332 1.
|
Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ġenerali u speċifiku tal-parti li tieħu r-riskju tal-kreditu (il-“bejjiegħ tal-protezzjoni”), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandu jintuża l-ammont nozzjonali tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu. Minkejja l-ewwel sentenza, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tissostitwixxi l-valur nozzjonali bil-valur nozzjonali miżjud bil-bidla netta fil-valur tas-suq tad-derivat tal-kreditu mill-bidu tat-transazzjoni, bidla netta ’l isfel mill-perspettiva tal-bejjiegħ tal-protezzjoni li jkollha sinjal negattiv. Sabiex jiġi kkalkulat it-tnaqqis għar-riskju speċifiku, għajr total return swaps, għandha tapplika l-maturità tal-kuntratt tad-derivat tal-kreditu, u mhux il-maturità tal-obbligazzjoni. Il-pożizzjonijiet jiġu determinati kif ġej:
(a)
total return swap toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tal-obbligazzjoni ta’ riferiment u pożizzjoni qasira fir-riskju ġenerali tal-bond tal-gvern b’maturità ekwivalenti għall-perijodu sal-iffissar li jmiss tar-rata tal-imgħax u li huwa assenjat piż tar-riskju ta’ 0 % skont it-Titolu II, Kapitolu 2. Joħloq ukoll pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku tal-obbligazzjoni ta’ riferiment;
(b)
swap ta’ inadempjenza tal-kreditu ma toħloqx pożizzjoni għar-riskju ġenerali. Għall-finijiet tar-riskju speċifiku, l-istituzzjoni għandha tirreġistra pożizzjoni sintetika twila f’obbligazzjoni tal-entità ta' referenza, sakemm id-derivat ma jkunx ikklassifikat esternament u ma jissodisfax il-kondizzjonijiet għal element ta' dejn li jikkwalifika, f'liema każ tiġi reġistrata pożizzjoni twila fid-derivat. Jekk il-prodott jikkomporta l-pagament ta' primjum jew ta' imgħax, dawn il-flussi ta’ flus għandhom jiġu rappreżentati bħala pożizzjonijiet nozzjonali f'bonds tal-gvern;
(c)
nota marbuta mal-kreditu b'isem wieħed toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tan-nota nnifisha, bħala prodott tar-rati tal-imgħax. Għall-fini tar-riskju speċifiku, tinħoloq pożizzjoni sintetika twila f’obbligazzjoni tal-entità ta' referenza. Pożizzjoni twila addizzjonali tinħoloq fl-emittent tan-nota. Meta n-nota marbuta mal-kreditu jkollha klassifikazzjoni esterna u tissodisfa l-kondizzjonijiet għal element ta' dejn li jikkwalifika, tista' tiġi rreġistrata biss pożizzjoni twila bir-riskju speċifiku tan-nota;
(d)
minbarra pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku tal-emittent tan-nota, nota marbuta mal-kreditu b’ismijiet multipli li tipprovdi protezzjoni proporzjonali toħloq pożizzjoni f’kull entità ta' referenza, bl-ammont nozzjonali totali tal-kuntratt assenjat fost il-pożizzjonijiet skont il-proporzjon tal-ammont nozzjonali totali li kull skopertura tirrappreżenta għal entità ta' referenza. Fejn tista' tintgħażel iżjed minn obbligazzjoni waħda ta' entità ta' referenza, l-obbligazzjoni bl-ogħla ppeżar tar-riskju tiddetermina r-riskju speċifiku.
(e)
derivat tal-kreditu tat-tip “first-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għall-ammont nozzjonali f’obbligazzjoni ta’ kull entità ta’ referenza. Jekk id-daqs tal-pagament massimu minħabba avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku
Derivat tal-kreditu tat-tip “n-th-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għall-ammont nozzjonali f’obbligazzjoni ta’ kull entità ta' referenza minbarra l-entitajiet ta' referenza n-1 bir-rekwiżit l-iżjed baxx ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku. Jekk id-daqs tal-pagament massimu minħabba avveniment ta’ kreditu jkun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji skont il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, l-ammont massimu ta' ħlas jista' jittieħed bħala r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku Fejn derivat tal-kreditu tat-tip "n-th-to-default" ikun ikklassifikat esternament, il-bejjiegħ tal-protezzjoni għandu jikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku billi juża l-klassifikazzjoni tad-derivat u japplika l-ippeżar tar-riskju tat-titolizzazzjoni rispettiv kif applikabbli.
|
|
Artikolu 332 2.
|
Għall-parti li tittrasferixxi r-riskju tal-kreditu (ix-xerrej tal-protezzjoni), il-pożizzjonijiet jiġu determinati bħala l-prinċipju riflessiv (“mirror principle”) tal-bejjiegħ tal-protezzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ nota marbuta mal-kreditu (li ma tinvolvi l-ebda pożizzjoni qasira fl-emittent). Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għax-“xerrej tal-protezzjoni”, għandu jintuża l-ammont nozzjonali tal-kuntratt ta' derivat tal-kreditu. Minkejja l-ewwel sentenza, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li tissostitwixxi l-valur nozzjonali bil-valur nozzjonali miżjud bil-bidla netta fil-valur tas-suq tad-derivat tal-kreditu mill-bidu tat-transazzjoni, bidla netta ’l isfel mill-perspettiva tal-bejjiegħ tal-protezzjoni li jkollha sinjal negattiv. Jekk f’xi mument partikolari jkun hemm opzjoni ta’ xiri flimkien ma’ step-up, dan il-mument jiġi ttrattat bħala l-maturità tal-protezzjoni.
|
|
Artikolu 332 3.
|
Derivattivi ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 325(6) jew (8) għandhom jiġu inklużi biss fid-determinazzjoni tar-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku f'konformità mal-Artikolu 338(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|