+Artikolu 336 Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-istrumenti tad-dejn mhux ta’ titolizzazzjoni
---+Artikolu 336 1.
---+Artikolu 336 2.
---+Artikolu 336 3.
---+Artikolu 336 4.
|
Artikolu 336 Rekwiżit ta’ fondi proprji għall-istrumenti tad-dejn mhux ta’ titolizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 336 1.
|
L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-portafoll tan-negozjar fi strumenti li mhumiex pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif ikkalkulati skont l-Artikolu 327 lill-kategoriji xierqa tat-Tabella 1 fuq il-bażi tal-emittent jew id-debitur, il-valutazzjoni tal-kreditu esterna jew interna, u l-maturità reżidwa tagħhom, u mbagħad timmultiplikahom bl-ippeżar muri f’dik it-tabella. Sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku tagħha, hija għandha tgħodd il-pożizzjonijiet ippeżati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk ikunux pożizzjonijiet twal jew qosra.
Tabella 1
|
Kategoriji
|
Kategoriji
|
|
Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu.
|
0 %
|
|
Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 20 % jew 50 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu u għal elementi oħra li jikkwalifikaw kif definit fil-paragrafu 4.
|
0,25 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta’ sitt xhur jew inqas)
1,00 % (terminu reżidwu sal-maturità finali ta' iżjed minn sitt xhur u sa 24 xahar, inklużi)
1,60 % (terminu reżidwu sal-maturità li jaqbeż l-24 xahar)
|
|
Titoli ta’ dejn li jirċievu piż tar-riskju ta’ 100 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu.
|
8,00 %
|
|
Dejn li jirċievi piż tar-riskju ta’ 150 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu.
|
12,00 %
|
|
|
Artikolu 336 2.
|
Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-Approċċ IRB għall-klassi ta' skopertura li minnha jagħmel parti l-emittent tal-istrument tad-dejn, sabiex jikkwalifikaw għal piż tar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-emittent tal-iskopertura għandu jkollu klassifikazzjoni interna b’PD ekwivlenti għal jew inqas minn dik assoċjata mal-livell xieraq ta’ kwalità tal-kreditu skont l-Approċċ Standardizzat.
|
|
Artikolu 336 3.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti tar-riskju speċifiku għal kwalunkwe bond li tikkwalifika għal piż tar-riskju ta’ 10 % skont it-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4), (5) u (6) bħala nofs ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku applikabbli għat-tieni kategorija fit-Tabella 1.
|
|
Artikolu 336 4.
|
Elementi oħra li jikkwalifikaw huma:
(a)
pożizzjonijiet twal u qosra f’assi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ikunu kkunsidrati mill-istituzzjoni kkonċernata bħala likwidi biżżejjed;
(ii)
il-kwalità tal-investiment tagħhom tkun, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni nnifisha, mill-inqas ekwivalenti għal dik tal-assi msemmija fit-Tabella 1, it-tieni filliera;
(iii)
ikunu kkwotati f'mill-anqas suq irregolat wieħed fi Stat Membri jew f’borża f’pajjiż terz sakemm il-borża tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti;
(b)
pożizzjonijiet twal u qosra f’assi maħruġa minn istituzzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti f’dan ir-Regolament li jkunu kkunsidrati mill-istituzzjoni kkonċernata bħala likwidi biżżejjed u li l-kwalità tal-investiment tagħhom tkun, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni nnifisha, mill-inqas ekwivalenti għal dik tal-assi msemmija fit-Tabella 1, it-tieni filliera;
(c)
titoli maħruġa minn istituzzjonijiet li jkunu kkunsidrati li għandhom kwalità tal-kreditu ekwivalenti, jew ogħla, minn dawk assoċjati mal-livell 2 tal-kwalità tal-kreditu skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għall-istituzzjonijiet u li jkunu soġġetti għal arranġamenti superviżorji u regolatorji komparabbli ma’ dawk skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE.
L-istituzzjonijiet li jużaw il-punti (a) jew (b) għandu jkollhom fis-seħħ metodoloġija dokumentata sabiex jivvalutaw jekk l-assi jilħqux ir-rekwiżiti f’dawk il-punti u għandhom jinnotifikaw din il-metodoloġija lill-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|