+Artikolu 337 Rekwiżit ta’ fondi proprji għal strumenti ta’ titolizzazzjoni
---+Artikolu 337 1.
---+Artikolu 337 2.
---+Artikolu 337 3.
---+Artikolu 337 4.
---+Artikolu 337 5.
|
Artikolu 337 Rekwiżit ta’ fondi proprji għal strumenti ta’ titolizzazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 337 1.
|
Għall-istrumenti fil-portafoll tan-negozju li huma pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni għandha tiżen il-pożizzjonijiet netti kif ikkalkolati skont l-Artikolu 327(1) bi 8 % tal-ponderazzjoni tar-riskju li l-istituzzjoni tapplika għall-pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozju tagħha skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu II.
|
|
Artikolu 337 2.
|
Meta jiddeterminaw il-piżijiet tar-riskju għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw esklużivament l-approċċ stabbilit fit-Titolu II, il-Kapitolu 5, it-Taqsima 3.
|
|
Artikolu 337 3.
|
Għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li huma soġġetti għal piż ta’ riskju addizzjonali skont l-Artikolu 247(6), għandu jiġi applikat 8 % tal-ponderazzjoni tar-riskju totali.
|
|
Artikolu 337 4.
|
L-istituzzjoni għandha tgħodd flimkien il-pożizzjonijiet ponderati tagħha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk humiex twal jew qosra, sabiex tkun tista' tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha kontra riskju speċifiku, għajr għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni soġġetti għall-Artikolu 338(2).
|
|
Artikolu 337 5.
|
Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għal trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 244, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżit tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati. Meta istituzzjoni oriġinatriċi ta’ titolizzazzjoni sintetika ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ riskju sinifikanti stabbilit fl-Artikolu 245, l-istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinkludi l-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni fil-kalkolu tagħha tar-rekwiżiti tal-fondi proprji bħallikieku dawk l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati u għandha tinjora l-effett tat-titolizzazzjoni sintetika għall-finijiet ta’ protezzjoni tal-kreditu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|