+Artikolu 339 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq il-maturità
---+Artikolu 339 1.
---+Artikolu 339 2.
---+Artikolu 339 3.
---+Artikolu 339 4.
---+Artikolu 339 5.
---+Artikolu 339 6.
---+Artikolu 339 7.
---+Artikolu 339 8.
---+Artikolu 339 9.
|
Artikolu 339 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq il-maturità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 339 1.
|
Sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ġenerali, il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu ppeżati skont il-maturità kif spjegat fil-paragrafu 2 sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa għalihom. Dan ir-rekwiżit għandu jitnaqqas meta pożizzjoni ppeżata tinżamm flimkien ma’ pożizzjoni opposta ppeżata fl-istess faxxa ta’ maturità. Għandu jsir ukoll tnaqqis fir-rekwiżit meta l-pożizzjonijiet ippeżati opposti jaqgħu f’faxex ta’ maturità differenti, f'liema każ id-daqs ta’ dan it-tnaqqis ikun jiddependi kemm minn jekk iż-żewġ pożizzjonijiet jaqgħux fl-istess żona jew le, kif ukoll miż-żoni partikolari li fihom jaqgħu.
|
|
Artikolu 339 2.
|
L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-faxex ta’ maturità adatti fil-kolonna 2 jew 3, kif xieraq, fit-Tabella 2 fil-paragrafu 4. Hija għandha tagħmel dan fuq il-bażi ta’ maturità reżidwa fil-każ ta’ strumenti b’rata fissa u fuq il-bażi tal-perijodu sakemm ir-rata tal-imgħax terġa' tiġi ffissata fil-każ ta’ strumenti li r-rata tal-imgħax fuqhom tkun varjabbli qabel il-maturità finali. Għandha tiddistingwi wkoll bejn strumenti tad-dejn b’kupun ta’ 3 % jew aktar u dawk b’kupun ta’ inqas minn 3 % u għaldaqstant, tallokahom fil-kolonna 2 jew il-kolonna 3 fit-Tabella 2. Imbagħad għandha timmultiplika kull wieħed minnhom bl-ippeżar għall-faxxa ta’ maturità inkwistjoni fil-kolonna 4 fit-Tabella 2.
|
|
Artikolu 339 3.
|
L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijet twal ippeżati u s-somma tal-pożizzjonijiet qosra ippeżati f’kull faxxa ta’ maturità. L-ammont tal-ewwel somma li jkun ibbilanċjat bit-tieni somma f’faxxa ta’ maturità partikolari għandu jkun il-pożizzjoni ppeżata bbilianċjata f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjoni twila jew qasira reżidwa għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata għall-istess faxxa. Imbagħad għandu jiġi kkalkulat it-total tal-pożizzjonijiet ippeżati bbilanċjati fil-faxex kollha.
|
|
Artikolu 339 4.
|
L-istituzzjoni għandha tikkalkula t-totali tal-pożizzjonijiet twal ippeżati mhux ibbilanċjati għall-faxex inklużi f’kull żona tat-Tabella 2 sabiex tiddetermina l-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata għal kull żona. Bl-istess mod, is-somma tal-pożizzjonijiet qosra ppeżati mhux imqabbla għal kull faxxa f’żona partikolari għandha tingħadd sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata għal żona partikolari li tkun ibbilanċjata bil-pożizzjoni qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għall-istess żona għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata jew dik qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għal żona li, għaldaqstant, ma tkunx tista’ tkun ibbilanċjata, għandha tkun il-pożiżżjoni ppeżata mhux ibbilanċjata għal dik iż-żona.
Tabella 2
|
Żona
|
Faxxa ta’ maturità
|
Piż differenzjat (f' %)
|
Tibdil preżunt fir-rata tal-imgħax (f' %)
|
|
Kupun ta’ 3 % jew aktar
|
Kupun ta’ inqas minn 3 %
|
|
L-Ewwel
|
0 ≤ 1 xahar
|
0 ≤ 1 xahar
|
0,00
|
—
|
|
> 1 ≤ 3-il xahar
|
> 1 ≤ 3-il xahar
|
0,20
|
1,00
|
|
> 3 ≤ 6-il xahar
|
> 3 ≤ 6-il xahar
|
0,40
|
1,00
|
|
> 6 ≤ 12-il xahar
|
> 6 ≤ 12-il xahar
|
0,70
|
1,00
|
|
It-Tieni
|
> 1 ≤ 2 sentejn
|
> 1.0 ≤ 1.9 snin
|
1,25
|
0,90
|
|
> 2 ≤ 3 snin
|
> 1.9 ≤ 2.8 snin
|
1,75
|
0,80
|
|
> 3 ≤ 4 snin
|
> 2.8 ≤ 3.6 snin
|
2,25
|
0,75
|
|
It-Tielet
|
> 4 ≤ 5 snin
|
> 3.6 ≤ 4.3 snin
|
2,75
|
0,75
|
|
> 5 ≤ 7 snin
|
> 4.3 ≤ 5.7 snin
|
3,25
|
0,70
|
|
> 7 ≤ 10 snin
|
> 5.7 ≤ 7.3 snin
|
3,75
|
0,65
|
|
> 10 ≤ 15 snin
|
> 7.3 ≤ 9.3 snin
|
4,50
|
0,60
|
|
> 15 ≤ 20 snin
|
> 9.3 ≤ 10.6 snin
|
5,25
|
0,60
|
|
> 20 sena
|
> 10.6 ≤ 12.0 snin
|
6,00
|
0,60
|
|
|
> 12.0 ≤ 20.0 snin
|
8,00
|
0,60
|
|
|
> 20 sena
|
12,50
|
0,60
|
|
|
Artikolu 339 5.
|
L-ammont ta’ pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata twila jew qasira fl-ewwel żona li tkun ibbilanċjata bil-pożizzjoni twila jew qasira ppeżata mhux ibbilanċjata fit-tieni żona għandha mbagħad tkun il-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona. L-istess kalkolu għandu jsir fir-rigward ta’ dik il-parti tal-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata fit-tieni żona li jkun fadal u l-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata fit-tielet żona sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata bejn it-tieni u t-tielet żona.
|
|
Artikolu 339 6.
|
L-istituzzjoni tista' tinverti l-ordni fil-paragrafu 5 sabiex tikkalkula l-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata bejn it-tieni u t-tielet żona qabel ma tikkalkula dik il-pożizzjoni bejn l-ewwel u t-tieni żona.
|
|
Artikolu 339 7.
|
Il-bqija tal-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata fl-ewwel żona għandha mbagħad tkun ibbilanċjata ma’ x’jifdal minn dik tat-tielet żona wara l-ibbilanċjar ta’ din tal-aħħar mat-tieni żona sabiex tiġi determinata l-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona.
|
|
Artikolu 339 8.
|
Wara t-tliet kalkoli separati ta’ bbilanċjar fil-paragrafi 5, 6 u 7, għandhom jingħaddu flimkien il-pożizzjonijiet reżidwi.
|
|
Artikolu 339 9.
|
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’:
(a)
10 % tas-somma tal-pożizzjonijiet ippeżati bbilanċjati fil-faxex kollha ta’ maturità;
(b)
40 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fl-ewwel żona;
(c)
30 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fit-tieni żona;
(d)
30 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fit-tielet żona;
(e)
40 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;
(f)
150 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona;
(g)
100 % tal-pożizzjonijiet ippeżati reżidwi mhux ibbilanċjati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|