+Artikolu 358 Strumenti partikolari
---+Artikolu 358 1.
---+Artikolu 358 2.
---+Artikolu 358 3.
---+Artikolu 358 4.
---+Artikolu 358 5.
|
Artikolu 358 Strumenti partikolari
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 358 1.
|
Il-futures tal-prodotti u l-impenji forward għax-xiri jew bejgħ ta' prodotti individwali għandhom jiġu inkorporati fis-sistema ta’ kalkolu bħala ammonti nozzjonali f’termini tal-unità standard tal-kalkolu u assenjati maturità b’referenza għal data ta' skadenza.
|
|
Artikolu 358 2.
|
L-iswaps ta' prodotti fejn naħa waħda tat-transazzjoni hija prezz fiss u l-oħra hija l-prezz attwali tas-suq għandhom jiġu ttrattati, bħala serje ta’ pożizzjonijiet ugwali għall-ammont nozzjonali tal-kuntratt, b’pożizzjoni waħda, fejn rilevanti, li tikkorrispondi ma' kull pagament fl-iswap u mdaħħla fil-faxex ta’ maturità fl-Artikolu 359(1). Il-pożizzjonijiet għandhom ikunu pożizzjonijiet twal jekk l-istituzzjoni tkun qed tħallas prezz fiss u tirċievi prezz varjabbli u pożizzjonijiet qosra jekk l-istituzzjoni tkun qed tirċievi prezz fiss u tħallas prezz varjabbli. Swaps ta' prodotti fejn in-naħat tat-transazzjoni jkunu f'prodotti differenti għandu jiġi rrapurtat fl-iskala ta’ rappurtar rilevanti għall-approċċ abbażi tal-iskala tal-maturità.
|
|
Artikolu 358 3.
|
L-opzjonijiet u l-warrants fuq prodotti jew fuq derivati ta' prodotti għandhom jiġu ttrattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet ugwali fil-valur għall-ammont tas-sottostanti li għalih tirreferi l-opzjoni, immultiplikat bid-delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu. Il-pożizzjonijiet tal-aħħar jistgħu nnettjati ma’ kwalunkwe pożizzjoni ta' tpaċija fl-istess prodott sottostanti jew derivat tal-prodott. Id-delta użata għandha tkun dik tal-borża kkonċernata. Għall-opzjonijiet OTC, jew fejn id-delta ma tkunx disponibbli mill-borża kkonċernata, l-istituzzjoni tista' tikkalkula d-delta hi stess billi tuża mudell adatt, soġġett għal permess mill-awtoritajiet kompetenti. Il-permess għandu jingħata jekk il-mudell jistma b’mod xieraq ir-rata ta’ bidla fil-valur tal-opzjoni jew tal-warrant fir-rigward ta’ bidliet żgħar fil-prezz tas-suq tas-sottostanti. L-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu b'mod adegwat riskji oħra assoċjati mal-opzjonijiet, minbarra r-riskju tad-delta, fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
|
|
Artikolu 358 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddefinixxu firxa ta’ metodi sabiex jirriflettu riskji oħra fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, minbarra r-riskju delta, b’mod proporzjonat mal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet fl-opzjonijiet. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni hija delegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament nazzjonali eżistenti, fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw dawk it-trattamenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2013.
|
|
Artikolu 358 5.
|
Meta l-istituzzjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin, hija għandha tinkludi l-prodotti konċernati fil-kalkolu tar-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji għar-riskju tal-prodotti:
(a)
it-trasferitur ta’ prodotti jew drittijiet garantiti relatati mat-titolu għal prodotti fi ftehim ta’ xiri mill-ġdid;
(b)
il-mutwanti ta' prodotti fi ftehim ta' self ta' prodotti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|