+Artikolu 382 Ambitu
---+Artikolu 382 1.
---+Artikolu 382 2.
---+Artikolu 382 3.
---+Artikolu 382 4.
---+Artikolu 382 4a.
---+Artikolu 382 4b.
---+Artikolu 382 4c.
---+Artikolu 382 5.
---+Artikolu 382 6.

Artikolu 382 Ambitu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 382 1.
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont dan it-Titolu għall-istrumenti derivati OTC kollha fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha tagħha, minbarra d-derivati tal-kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskji għar-riskju tal-kreditu.
Artikolu 382 2.
Istituzzjoni għandha tinkludi fil-kalkolu tal-fondi proprji meħtieġa mill-paragrafu 1 tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'valur ġust skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għall-istituzzjoni meta l-iskoperturi tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu materjali.
Artikolu 382 3.
Transazzjonijiet ma' kontroparti ċentrali li tikkwalifika u t-transazzjonijiet ta' klijent ma' membru ta' kklerjar, meta l-membru ta’ kklerjar jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-klijent u kontroparti ċentrali li tikkwalifika u t-transazzjonijiet jnisslu skopertura tan-negozjar tal-membru ta’ kklerjar lill-kontroparti ċentrali li tikkwalifika, huma esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.
Artikolu 382 4.

It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA:

(a) 

transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklerjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;

▼M19

(aa) 

it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huma parti mill-istess grupp dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni u l-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(ii) 

huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u

(iii) 

il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk ikunu stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv f’konformità mal-paragrafu 4c fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;

▼M19

(b) 

it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet finanzjarji, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta’ servizzi anċillari li huma stabbiliti fl-Unjoni jew li huma stabbiliti f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dawk il-kontropartijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-impriżi ta’ servizzi anċillari li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, sakemm l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li tirrikjedi s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, f’liema każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet strutturalment separati jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

▼B

(c) 

transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 648/2012 u soġġetti għad-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fl-Artikolu 89(1) ta’ dak ir-Regolament sa meta dawk id-dispożizzjonijiet transizzjonali ma jibqgħux japplikaw;

▼C2

(d) 

transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u transazzjonijiet ma' kontropartijiet li għalihom l-Artikolu 114(4) u l-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament jispeċifika piż tar-riskju ta' 0 % għall-iskoperturi għal dawk il-kontropartijiet.

L-eżenzjoni mit-tariffa għar-riskju ta' CVA għal dawk it-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu li jsiru matul il-perijodu transizzjonali stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tapplika għat-tul tal-kuntratt ta' dik it-transazzjoni.

Fir-rigward tal-punt (a), fejn istituzzjoni ma tibqax tkun eżentata minħabba li taqbeż il-limitu massimu tal-eżenzjoni jew minħabba bidla fil-limitu massimu tal-eżenzjoni, il-kuntratti pendenti għandhom jibqgħu eżentati sad-data tal-maturità tagħhom.

Artikolu 382 4a.
B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, istituzzjoni tista' tagħżel li tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, billi tuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 382a(1), għat-tranżazzjonijiet li huma esklużi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni tuża ħeġġijiet eliġibbli ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 386 sabiex jittaffa r-riskju ta' CVA ta' dawk it-tranżazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki li jispeċifikaw l-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għal tali tranżazzjonijiet.
Artikolu 382 4b.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom ir-riżultati tal-kalkoli tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta' dak ir-rekwiżit ta' rapportar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi jużaw l-approċċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 382a(1), li kienu jużaw sabiex jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA li kieku dawk it-tranżazzjonijiet ma kinux esklużi mill-ambitu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 382 4c.
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punti (aa) u (b), il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 382 5.
L-ABE għandha tagħmel analiżi sal-1 ta' Jannar 2015 u kull sentejn wara din is-sena, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali u inkluż dwar metodoloġiji potenzjali dwar il-kejl u l-limiti għall-applikazzjoni tat-tariffi għar-riskju ta' CVA għall-kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz.

L-ABE f'kooperazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-esklużjoni tat-transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz mir-rekwiżit ta' fondi proprji għat-tariffa għar-riskju ta' CVA.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji fi żmien sitt xhur mid-data tal-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 382 6.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jivvalutaw jekk l-iskoperturi għar-riskju ta' CVA li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli b'valur ġust humiex materjali, kif ukoll il-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.