+Artikolu 383n Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
---+Artikolu 383n 1.
---+Artikolu 383n 2.
---+Artikolu 383n 3.
---+Artikolu 383n 4.
|
Artikolu 383n Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 383n 1.
|
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju bejn munita tar-rapportar ta' istituzzjoni u munita oħra għandhom ikunu ta' 11 %.
|
|
Artikolu 383n 2.
|
Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu magħmula mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fl-ERM II għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1, diviż bi 3;
(b)
il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni formalment maqbula mill-Istat Membru u l-BĊE, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni tkun idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni ddefinita skont l-ERM II.
|
|
Artikolu 383n 3.
|
Minkejja l-paragrafu 2, il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija f'dak il-paragrafu li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni maqbula formalment li tkun idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandu jkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'dik il-faxxa idjaq.
|
|
Artikolu 383n 4.
|
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet vega kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju għandhom ikunu ta' 100 %.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|