+Artikolu 386 1.

Artikolu 386 1.

Il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384 meta dawk il-pożizzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) 

dawn jintużaw għall-fini tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' CVA u jiġu mmaniġġati bħala tali;

(b) 

dawn jistgħu jiġu konklużi ma' partijiet terzi jew mal-portafoll tan-negozjar tal-istituzzjoni bħala ħeġġ intern, u f'dak il-każ għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 106(7);

(c) 

huma biss il-pożizzjonijiet fi strumenti għall-iħħeġġjar kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu li jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikoli 383 u 384, rispettivament.

Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 383, il-pożizzjonijiet fl-istrumenti għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ħeġġijiet eliġibbli meta, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) ta' dan il-paragrafu, tali strumenti għall-iħħeġġjar jiffurmaw pożizzjoni waħda f'ħeġġ eliġibbli u ma jinqasmux f'aktar minn pożizzjoni waħda f'aktar minn ħeġġ eliġibbli waħda.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.