+Artikolu 390 Kalkolu tal-valur ta' skopertura
---+Artikolu 390 1.
---+Artikolu 390 2.
---+Artikolu 390 3.
---+Artikolu 390 4.
---+Artikolu 390 5.
---+Artikolu 390 6.
---+Artikolu 390 7.
---+Artikolu 390 8.
---+Artikolu 390 9.

Artikolu 390 Kalkolu tal-valur ta' skopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 390 1.
L-iskoperturi totali għal grupp ta' klijenti konnessi għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi għall-klijenti individwali f'dak il-grupp.
Artikolu 390 2.
L-iskoperturi kumplessivi għall-klijenti individwali għandhom jiġu kalkulati billi jingħaddu l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar u l-iskoperturi fil-portafoll mhux tan-negozjar.
Artikolu 390 3.

Għal skoperturi fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet jistgħu:

(a) 

ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fl-istess strumenti finanzjarji maħruġa minn klijent partikolari, bil-pożizzjoni netta f'kull strument differenti tiġi kalkulata f'konformità mal-metodi stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta;

(b) 

ipaċu l-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra tagħhom fi strumenti finanzjarji differenti maħruġa minn klijent partikolari, iżda biss meta l-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni qasira tkun subordinata għall-istrument finanzjarju li jsostni l-pożizzjoni twila jew fejn l-istrumenti sottostanti jkunu tal-istess superjorità.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), jistgħu jiġu allokati strumenti finanzjarji f'buckets abbażi ta' gradi differenti ta' superjorità sabiex tiġi determinata s-superjorità relattiva tal-pożizzjonijiet.

Artikolu 390 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valuri tal-iskopertura tal-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u ta' kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu li jkunu daħlu fihom direttament ma' klijent f'konformità ma' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli. L-iskoperturi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 378, 379 u 380 għandhom jiġu kalkulati bil-mod stabbilit f'dawk l-Artikoli.

Meta jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn dawk il-kuntratti jkunu allokati fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi wkoll mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet li għandhom permess jużaw il-metodi msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u t-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jistgħu jużaw dawk il-metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli.

Artikolu 390 5.
L-istituzzjonijiet għandhom iżidu mal-iskopertura totali għal klijent l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti tad-derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma kienx daħal fih b'mod dirett ma' dak il-klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent.
Artikolu 390 6.

L-iskoperturi ma għandhom jinkludu l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a) 

fil-każ ta' tranżazzjonijiet tal-kambju, skoperturi li jsiru matul il-perkors ordinarju ta' saldu matul il-jumejn ta' xogħol ta' wara l-pagament;

(b) 

fil-każ ta' tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta' xiri jew bejgħ ta' titoli, skoperturi involuti fil-perkors ordinarju ta' saldu matul il-ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla tat-titoli, skont liema minnhom ikun l-iktar kmieni;

(c) 

fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus fosthom l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u kklerjar korrispondenti ta' strumenti bankarji jew finanzjarji, is-servizzi ta' saldu jew ta' kustodja lill-klijenti, riċevuti ttardjati fil-finanzjament u skoperturi oħra li jirriżultaw mill-attività tal-klijenti li ma jdumux iktar mill-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss;

(d) 

fil-każ tal-provvediment ta' trasmissjoni ta' flus li jinkludi l-eżekuzzjoni ta' servizzi ta' ħlas, l-ikklerjar u s-saldu fi kwalunkwe munita u servizzi bankarji korrispondenti, l-iskoperturi ta' dakinhar stess għall-istituzzjonijiet li jipprovdu dawk is-servizzi;

(e) 

l-iskoperturi mnaqqsa mill-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni jew mill-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali f'konformità mal-Artikoli 36 u 56 jew kwalunkwe tnaqqis ieħor minn dawk il-elementi li jnaqqas il-proporzjon tas-solvenza.

Artikolu 390 7.
Biex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi, fir-rigward ta' klijenti li għalihom l-istituzzjoni jkollha skoperturi permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 112 jew permezz ta' tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun hemm skopertura għal assijiet sottostanti, l-istituzzjoni għandha tivvaluta l-iskoperturi sottostanti tagħha b'kont meħud tas-sustanza ekonomika tal-istruttura tat-tranżazzjoni u r-riskji inerenti fl-istruttura tat-tranżazzjoni nfisha, sabiex jiġi determinat jekk din tikkostitwixxix skopertura addizzjonali.
Artikolu 390 8.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw sabiex tiġi determinata l-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta' klijenti konnessi għat-tipi ta' skoperturi msemmija fil-paragrafu 7;

(b) 

il-kondizzjonijiet li bihom l-istruttura tat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7 ma jikkostitwixxux skopertura addizzjonali.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 390 9.
Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif jiġu determinati l-iskoperturi li jirriżultaw minn kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u minn kuntratti ta' derivattivi ta' kreditu, fejn il-kuntratt ma sarx direttament ma' klijent iżda l-istrument sottostanti ta' dejn jew ta' ekwità kien maħruġ minn dak il-klijent għall-inklużjoni tagħhom fl-iskoperturi għall-klijent.

L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Marzu 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.