+Artikolu 394 Rekwiżiti ta' rappurtar
---+Artikolu 394 1.
---+Artikolu 394 2.
---+Artikolu 394 3.
---+Artikolu 394 4.

Artikolu 394 Rekwiżiti ta' rappurtar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 394 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal kull skopertura kbira li jżommu, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

(a) 

l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom l-istituzzjoni għandha skopertura kbira;

(b) 

il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c) 

fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;

(d) 

il-valur tal-iskopertura, wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.

L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għandhom jirrapportaw l-akbar 20 skopertura tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata, bl-esklużjoni tal-iskoperturi eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1).

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ukoll skoperturi ta' valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata.

Artikolu 394 2.

►M17  Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela fuq bażi konsolidata, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1): ◄

(a) 

l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni għandha skopertura kbira;

(b) 

il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;

(c) 

fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;

(d) 

il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.

Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-iskopertura aggregata tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela.

Artikolu 394 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mill-inqas fuq bażi ta' kull sitt xhur.
Artikolu 394 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fil-paragrafu 2.

Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula internazzjonalment dwar sistema bankarja parallela u għandha tqis jekk:

(a) 

ir-relazzjoni ma' entità individwali jew grupp ta' entitajiet jista' jkollha riskji għas-solvenza jew il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni;

(b) 

l-entitajiet li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza jew ta' likwidità simili għal dawk imposti minn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu totalment jew parzjalment esklużi mill-obbligu li jkunu rappurtati msemmi fil-paragrafu 2 dwar entitajiet bankarji paralleli.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.