+Artikolu 396 Konformità mar-rekwiżiti tal-iskoperturi l-kbar
---+Artikolu 396 1.
---+Artikolu 396 2.
---+Artikolu 396 3.

Artikolu 396 Konformità mar-rekwiżiti tal-iskoperturi l-kbar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 396 1.
Jekk, f’każ eċċezzjonali, l-iskoperturi jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1), l-istituzzjoni għandha tirrapporta mingħajr dewmien il-valur tal-iskopertura lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu, fejn iċ-ċirkustanzi jiġġustifikaw dan, jagħtu perijodu ta’ żmien limitat lill-istituzzjoni sabiex tikkonforma mal-limitu.

Fejn ikun applikabbli l-ammont ta' EUR 150 miljun imsemmi fl-Artikolu 395(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li jinqabeż il-limitu ta' 100 % f'termini tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni skont il-każ.

Meta, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, awtorità kompetenti tippermetti li istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 395(1) għal perijodu itwal minn tliet xhur, l-istituzzjoni għandha tippreżenta pjan għar-ritorn f'waqtu għall-konformità ma' dak il-limitu għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti u għandha twettaq dak il-pjan fil-perijodu maqbul mal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan u għandha tesiġi r-ritorn għall-konformità iktar rapidu jekk adatt.

Artikolu 396 2.
Fejn il-konformità minn istituzzjoni fuq bażi individwali jew subkonsolidata mal-obbligi imposti f’din il-Parti ma tiġix applikata skont l-Artikolu 7(1), jew id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 jiġu applikati fil-każ ta’ istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, għandhom jittieħdu miżuri sabiex tiġi żgurata allokazzjoni sodisfaċenti tar-riskji fi ħdan il-grupp.
Artikolu 396 3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ABE għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tispeċifika kif l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw:

(a) 

il-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

iż-żmien meqjus adatt għar-ritorn għall-konformità;

(c) 

il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat ir-ritorn f'waqtu għall-konformità tal-istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.