+Artikolu 397 Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għall-iskoperturi l-kbar fil-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 397 1.
---+Artikolu 397 2.
---+Artikolu 397 3.

Artikolu 397 Kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali għall-iskoperturi l-kbar fil-portafoll tan-negozjar

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 397 1.
L-eċċess imsemmi fl-Artikolu 395(5)(b) għandu jiġi kkalkulat billi jintgħażlu dawk il-komponenti tal-iskopertura totali tal-negozju għall-klijent jew il-grupp ta’ klijenti konnessi inkwistjoni li jattiraw l-ogħla rekwiżiti għar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, it-Titolu V, li meta jingħaddu flimkien jilħqu l-ammont tal-eċċess imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 395(5).
Artikolu 397 2.
Fejn l-eċċess ma jippersistix għal aktar minn għaxart ijiem, ir-rekwiżit ta’ kapital addizzjonali għandu jkun ta’ 200 % tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, fuq dawn il-komponenti.
Artikolu 397 3.

Sa minn 10-t ijiem wara li jkun seħħ l-eċċess, il-komponenti tal-eċċess, magħżula skont il-paragrafu 1, għandhom jiġu allokati għal-linja xierqa fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1 f'ordni axxendenti tar-rekwiżiti ta' riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti fl-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, Titolu V. Ir-rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali għandu jkun ugwali għas-somma tar-rekwiżiti tar-riskju speċifiku fil-Parti Tlieta, Titolu IV, Kapitolu 2 u/jew ir-rekwiżiti tal-Artikolu 299 u l-Parti Tlieta, Titolu V fuq dawn il-komponenti, multiplikata bil-koeffiċjent korrispondenti fil-Kolonna 2 tat-Tabella 1.



Tabella 1

Kolonna 1: Eċċess ogħla mil-limiti

(fuq il-bażi ta’ perċentwal tal-kapital eliġibbli) ►M8  kapital ta' Grad 1 ◄

Kolonna 2: Fatturi

Sa 40 %

200  %

Minn 40 % sa 60 %

300  %

Minn 60 % sa 80 %

400  %

Minn 80 % sa 100 %

500  %

Minn 100 % sa 250 %

600  %

Fuq 250 %

900  %

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.