+Artikolu 399 Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tal-kreditu
---+Artikolu 399 1.
---+Artikolu 399 2.
---+Artikolu 399 3.
---+Artikolu 399 4.
|
Artikolu 399 Tekniki eliġibbli ta’ mitigazzjoni tal-kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 399 1.
|
Istituzzjoni għandha tuża teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu fil-kalkolu ta' skopertura meta tkun użat dik it-teknika biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju ta' kreditu f'konformità mat-Titolu II tal-Parti Tlieta, u sakemm it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-Artikoli 400 sa 403, it-terminu 'garanzija' għandu jinkludi derivati tal-kreditu rikonoxxuti taħt il-Kapitolu 4 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għajr in-noti marbuta ma' kreditu
|
|
Artikolu 399 2.
|
Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn, skont l-Artikoli 400 sa 403 jkun permess ir-rikonoxximent ta’ protezzjoni ffinanzjata jew mhux iffinanzjata tal-kreditu, dan għandu jkun soġġett għal konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra stabbiliti fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 399 3.
|
It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu li jkunu disponibbli biss għall-istituzzjonijiet li jużaw wieħed mill-approċċi IRB ma għandhomx jintużaw biex inaqqsu l-valuri tal-iskoperturi għal finijiet ta' skopertura kbira ħlief għal skoperturi assigurati bi proprjetajiet immobbli f'konformità mal-Artikolu 402.
|
|
Artikolu 399 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom janalizzaw, sa fejn possibbli, l-iskoperturi tagħhom għall-emittenti ta' kollaterali, għall-fornituri ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu u għall-assi sottostanti skont l-Artikolu 390(7) sabiex jidentifikaw konċentrazzjonijiet possibbli u fejn xieraq jieħdu azzjoni u jirrappurtaw kwalunkwe sejbiet sinifikanti lill-awtorità kompetenti tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|