+Artikolu 400 1.

Artikolu 400 1.

L-iskoperturi li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):

(a) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali jew entitajiet tas-settur pubbliku li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2;

(b) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq organizzazzjonijiet internazzjonali jew banek multilaterali tal-iżvilupp li, meta ma jkunux iggarantiti, jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(c) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet li jġorru l-garanziji espliċiti ta’ gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet skoperti fuq l-entità li tipprovdi l-garanzija jiġu assenjati piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(d) 

skoperturi oħra attribwibbli lil, jew garantiti minn, gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali tal-iżvilupp jew entitajiet mis-settur pubbliku, fejn il-pretensjonijiet mhux iggarantiti fuq l-entità li għaliha tkun attribwibbli l-iskopertura jew li tkun garantita minnha tiġi assenjata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(e) 

elementi ta’ assi li jikkostitwixxu pretensjonijiet fuq il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri fejn dawk il-pretensjonijiet jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u skoperturi oħra għal jew garantiti minn dawn il-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali, pretensjonijiet li fuqhom jingħata piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;

(f) 

skoperturi għall-kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 113(6) jew (7) jekk jingħataw piż ta’ riskju ta’ 0 % taħt il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2. Skoperturi li ma jilħqux dawk il-kriterji, irrispettivament minn jekk ikunux eżentati mill-Artikolu 395(1) għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għal parti terza;

(g) 

elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ depożiti ta’ flus mal-istituzzjoni mutwanti jew mal-istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti;

(h) 

elementi ta' assi u skoperturi oħra garantiti minn kollateral fil-forma ta’ ċertifikati ta’ depożiti maħruġa mill-istituzzjoni mutwanti jew minn istituzzjoni li tkun l-impriża prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni mutwanti u depożitati ma' waħda minnhom;

▼M17

(i) 

skoperturi li jirriżultaw minn faċilitajiet ta' kreditu mhux miġbuda li jkunu kklassifikati bħala entrati tal-bucket 5 li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-Anness I jew arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex ma jiġux trattati bħala impenji u dment li jkun ġie konkluż ftehim mal-klijent jew mal-grupp ta' klijenti konnessi li skontu l-faċilità tista' tinġibed biss jekk ikun ġie aċċertat li mhijiex ser twassal biex jinqabeż il-limitu applikabbli skont l-Artikolu 395(1);

▼M8

(j) 

skoperturi kummerċjali tal-membri tal-ikklerjar u kontribuzzjonijiet għall-fond ta' inadempjenza għal kontropartijiet ċentrali kwalifikati;

▼B

(k) 

skoperturi għal skemi ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE li jirriżultaw mill-iffinanzjar ta’ dawk l-iskemi, jekk l-istituzzjonijiet membri tal-iskema jkollhom obbligu legali jew kuntrattwali sabiex jiffinanzjaw l-iskema;

▼M8

(l) 

l-iskoperturi kummerċjali tal-klijenti msemmija fl-Artikolu 305(2) jew (3);

(m) 

holdings ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, jew tas-sussidjarji tagħhom li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, ta' strumenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE li nħarġu minn kwalunkwe waħda minn dawn l-entitajiet li ġejjin:

(i) 

fir-rigward ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni, entitajiet oħra li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(ii) 

fir-rigward ta' sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni li huma stess mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni, is-sussidjarji rilevanti tas-sussidjarja li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

(n) 

skoperturi li jirriżultaw minn impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipulati fl-Artikolu 132c(3).

▼B

Flus riċevuti taħt nota marbuta ma' kreditu maħruġa mill-istituzzjoni u self u depożiti ta’ kontroparti lil jew mal-istituzzjoni li jkunu soġġetti għal ftehim ta’ netting fil-karta tal-bilanċ rikonoxxut skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 4 għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt (g).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.