+Artikolu 402 Skoperturi li jirriżultaw minn self b'ipoteka
---+Artikolu 402 1.
---+Artikolu 402 2.
---+Artikolu 402 3.
|
Artikolu 402 Skoperturi li jirriżultaw minn self b'ipoteka
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 402 1.
|
►M17
Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 125(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
▼M17
(a)
l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 20 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);
▼M8
(b)
l-iskopertura jew parti mill-iskopertura tkun totalment iggarantita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà residenzjali; jew
(ii)
proprjetà residenzjali fi tranżazzjoni ta' kiri li fiha s-sid iżomm is-sjieda sħiħa tal-proprjetà residenzjali u l-kerrej ikun għadu ma eżerċitax l-opzjoni tiegħu jew tagħha li jixtri jew tixtri;
(c)
ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati.
|
|
Artikolu 402 2.
|
►M17
Għall-kalkolu tal-valuri tal-iskopertura għall-finijiet tal-Artikolu 395, l-istituzzjonijiet jistgħu, għajr fejn ikun ipprojbit mil-liġi nazzjonali applikabbli, inaqqsu l-valur ta' skopertura jew ta' kwalunkwe parti minn skopertura li tkun iggarantita permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 126(1) bl-ammont mirhun tal-valur tal-proprjetà, iżda b'mhux aktar minn 55 % tal-valur tal-proprjetà, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
▼M17
(a)
l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux stabbilew piż tar-riskju ogħla minn 60 % għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli kummerċjali f'konformità mal-Artikolu 124(9);
▼M8
(b)
l-iskopertura tkun totalment iggarantita permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
ipoteka waħda jew aktar fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; jew
(ii)
uffiċċju jew bini kummerċjali ieħor wieħed jew aktar u l-iskoperturi relatati mat-transazzjonijiet ta' kiri ta' proprjetà;
▼M17
(c)
ir-rekwiżiti fl-Artikolu 124(3), il-punt (c), u fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) jiġu ssodisfati;
▼M8
(d)
il-proprjetà immobbli kummerċjali tkun kompletament mibnija.
|
|
Artikolu 402 3.
|
Istituzzjoni tista' tittratta skopertura għal kontroparti li tirriżulta minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid li permezz tagħha l-istituzzjoni tkun xtrat mingħand il-kontroparti obbligazzjonijiet ipotekarji indipendenti nonaċċessorji fuq proprjetà immobbli ta' partijiet terzi, bħala numru ta' skoperturi individwali għal kull wieħed minn dawk il-partijiet terzi, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M9
(a)
il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;
▼B
(b)
l-iskopertura tkun kompletament koperta minn drittijiet fuq il-proprjetà immobbli ta' dawk il-partijiet terzi li nxtraw mill-istituzzjoni u l-istituzzjoni tkun tista' teżerċita dawk id-drittijiet;
(c)
l-istituzzjoni tkun żgurat li r-rekwiżiti fl-Artikolu 208 u l-Artikolu 229(1) huma ssodisfatti;
(d)
l-istituzzjoni ssir benefiċjarja tal-pretensjonijiet li l-kontroparti jkollha kontra l-partijiet terzi f'każ ta' inadempjenza, insolvenza jew likwidazzjoni tal-kontroparti;
▼M9
(e)
l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu.
▼B
Għal dawn il-finijiet, l-istituzzjoni għandha tassumi li għandha skopertura għal kull waħda minn dawk il-partijiet minflok għall-ammont korrispondenti tal-iskopertura għall-kontroparti. Il-bqija tal-iskopertura għall-kontroparti, jekk ikun hemm, għandha tkompli tiġi trattata bħala skopertura għall-kontroparti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|