+Artikolu 412 Rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità
---+Artikolu 412 1.
---+Artikolu 412 2.
---+Artikolu 412 3.
---+Artikolu 412 4.
---+Artikolu 412 4a.
---+Artikolu 412 5.

Artikolu 412 Rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 412 1.
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom assi likwidi, li s-somma tal-valuri tagħhom tkopri l-ħruġ ta’ likwidità imnaqqas mid-dħul tal-likwidità f’kondizzjonijiet ta’ stress sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu livelli ta' riżervi ta’ likwidità li jkunu adegwati biex jiffaċċjaw kwalunkwe żbilanċ possibbli bejn id-dħul u l-ħruġ ta' likwidità f’kondizzjonijiet ta’ stress kbir fuq perijodu ta’ tletin ġurnata. Waqt żmien ta' stress, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-assi likwidi tagħhom biex ikopru l-flussi 'l barra netti ta’ likwidità tagħhom.
Artikolu 412 2.
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu għal darbtejn il-fluss ta' ħruġ tal-likwidità, il-flussi ta' dħul tal-likwidità u l-assi likwidi.

Dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), fejn element jista' jingħadd f'iktar minn kategorija waħda ta' fluss ta' ħruġ, għandu jingħadd fil-kategorija ta' fluss ta' ħruġ li tipproduċi l-akbar fluss ta' ħruġ kuntrattwali għal dak l-element.

Artikolu 412 3.
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-assi likwidi msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom f’ċirkustanzi ta’ stress kif speċifikat fl-Artikolu 414.
Artikolu 412 4.
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu II għandhom japplikaw b’mod esklussiv għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415.
Artikolu 412 4a.
L-Att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu japplika għall-istituzzjonijiet'
Artikolu 412 5.
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta' rekwiżiti ta' likwidità qabel ma jkunu speċifikati u introdotti kompletament fl-Unjoni standards minimi vinkolanti għar-rekwiżiti ta' kopertura tal-likwidità f'konformità mal-Artikolu 460. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet awtorizati domestikament, jew sottogrupp ta' dawk l-istituzzjonijiet, biex iżommu rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità ogħla sa 100 % sakemm jiġi introdott kompletament l-standard minimu vinkolanti bir-rata ta' 100 % f'konformità mal-Artikolu 460.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.